IL-FLYOVERS FIL-GUDJA U ĦAL LUQA SE JIBDEW JIEĦDU L-FORMA

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 30 ก.ค. 2022
  • ONE.COM.MT • Fil-jiem li ġejjin se jibdew jitqegħdu l-istrutturi tal-azzar fil-flyovers fil-Gudja u f’Ħal Luqa.
    Dan hekk kif aktar kmieni din il-ġimgħa waslu tlettax-il struttura tal-azzar minn Spanja sabiex jitpoġġew u jiffurmaw dan il-proġett infrastrutturali.
    KITBA: EMAN PORTELLI
    FILMAT: IM / ARKIVJI
    Tlettax-il struttura tal-azzar għall-gvieret tal-flyovers ġodda għall-proġetti tal-Kirkop Tunnels u tal-Luqa Junction waslu f’pajjiżna minn Sevilla, Spanja.
    Dawn l-istrutturi jiżnu ħamsa mija u tmenin tunnellata.
    L-istrutturi li se jsibu posthom fiż-żewġ proġetti infrastrutturali biswit l-ajruport waslu fil-Port il-Kbir ftit tal-jiem ilu.
    Dawn il-proġetti jikkumplimentaw lil xulxin biex jiffaċilitaw l-aċċess fl-akkwati tal-ajruport.
    Fil-jiem li ġejjin dawn l-istrutturi se jibdew jitqiegħdu f’posthom biex b’hekk dawn il-proġetti se jkompli jieħdu spinta ’l quddiem.
    L-aġenzija Infrastructure Malta ħabbret li l-ewwel strutturi tal-aħħar se jsibu posthom bejn nhar it-Tlieta filgħaxija u l-Erbgħa kmieni filgħodu.
    Il-proġett Kirkop Tunnels u Airport Intersection se jibdel ir-roundabout tal-Gudja f’junction ġdida bi tliet livelli, b’mini lejn Birżebbuġa, korsiji ġodda lejn il-Gudja u l-Ajruport u flyover fid-direzzjoni lejn il-mini ta’ Ħal Kirkop.
    Dan filwaqt li l-proġett tal-Luqa Junction se jelimina r-roundabout ta’ Ħal Luqa u minflokha qed jinħolqu mini u flyover. Minflok ir-roundabout se jkun hemm ukoll spazju miftuħ ġdid imsebbaħ bis-siġar u pjanti, b’konnessjoni diretta għall-qalba ta’ Ħal Luqa.
    Hu stmat li flimkien, dawn iż-żewġ proġetti se jnaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar sa erbgħa u sebgħin fil-mija f’kull direzzjoni tul din ir-rotta, filwaqt li jeliminaw ukoll żewġ żoni li kienu magħrufin għall-aċċidenti, billi jneħħu l-ħtieġa li vetturi jaqsmu kontra xulxin fiż-żewġ roundabouts.
    Dan il-proġett b’faċilitajiet aktar siguri se jonsqu wkoll ir-riskji ta’ aċċidenti għal dawk li jkunu għaddejjin f’din iż-żona bil-mixi jew bir-rota.
    Il-proġetti se jkunu qed itejbu wkoll l-aċċess għall-ajruport u r-rotta lejn il-Port il-Ħieles, li t-tnejn huma kruċjali għall-ekonomija.

ความคิดเห็น •