ไม่สามารถเล่นวิดีโอนี้
ขออภัยในความไม่สะดวก

JINFETĦU TRIQ IL-KUNSILL TAL-EWROPA U L-FLYOVER F’ĦAL LUQA

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 17 มิ.ย. 2023
  • ONE.COM.MT • Dalgħodu nfetħu għat-traffiku Triq il-Kunsill tal-Ewropa f’Ħal Luqa, flimkien mal-flyover li tieħu lejn l-ajruport minn Ħal Luqa.
    Dan ifisser li ż-żewġ flyovers fil-proġetti fid-daħla ta’ Ħal Luqa u dik ħdejn l-ajruport issa jinsabu miftuħa.
    KITBA: EMAN PORTELLI
    FILMAT: DYLAN CARUANA
    Il-Ħadd filgħodu nfetħu għat-traffiku Triq il-Kunsill tal-Ewropa f’Ħal Luqa, flimkien mal-flyover li minn Ħal Luqa tieħu lejn l-ajruport.
    Dan wara li l-aġenzija Infrastructure Malta tat l-aħħar saff ta’ asfalt f’dawn it-toroq.
    ONE News tkellem mad-Direttur Eżekuttiv tal-Infrastructure Malta, il-Perit Raphael Abdilla, li spjega li f’dawn l-aħħar ġranet, l-aġenzija kienet qed taħdem fir-roundabout ta’ ħdejn Triq Garibaldi, jiġifieri Triq il-Kunsill tal-Ewropa fid-direzzjoni lejn Ħal Luqa u lejn l-ajruport.
    RAPHAEL ABDILLA
    ID-DIRETTUR EŻEKUTTIV TAL-INFRASTRUCTURE MALTA
    “F’daWn l-aħħar ġranet aħna konna qed naħdmu fuq it-triq li twasslek mir-roundabout ta’ fuq Garibaldi, jiġifieri Triq il-Kunsill tal-Ewropa, direzzjoni lejn Ħal Luqa u l-ajruport. Issa li ftaħna din it-triq, ir-rotta li kien hemm temporanja, li kienet tieħdok għar-roundabout tal-ajruport, tintuża biss għal dawk li jmorru l-Gudja.”
    Qal li dan ifisser li ż-żewġ flyovers fil-proġetti fid-daħla ta’ Ħal Luqa u dik ħdejn l-ajruport issa jinsabu miftuħa.
    Il-Perit Abdilla spjega l-pass li jmiss f’dan il-proġett.
    RAPHAEL ABDILLA
    ID-DIRETTUR EŻEKUTTIV TAL-INFRASTRUCTURE MALTA
    “Il-pass li jmiss hu li, għall-aħħar ta’ Ġunju, il-bidu ta’ Lulju, nerġgħu ngħaqqdu man-naħa ta’ Ħal Qormi. Jiġifieri l-proġett tal-junction ta’ Ħal Luqa, bħalissa ma tistax taqsam dritt lejn Ħal Qormi u s-sewwieqa qed ikollhom jużaw rotot alternattivi, fosthom Tas-Sejba, kif ukoll jibqgħu sejrin lejn il-Marsa biex imbagħad jaqbdu r-rotta lejn Ħal Qormi minn hemmhekk.”

ความคิดเห็น •