OPPOŻIZZJONI VENDIKATTIVA U LI TBEŻŻA’

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 10 ก.ค. 2024
  • ONE.COM.MT •
    “Rajna Oppożizzjoni li permezz ta’ kawża li fetħet riedet tkun vendikattiva u tbeżża’.” Iddikjara dan il-Prim Ministru Robert Abela f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Berġa ta’ Kastilja ftit wara li l-Imħallef Toni Abela ċaħad it-talbiet li għamlet l-Oppożizzjoni biex tfittex personalment lill-Prim Ministru Robert Abela u lil Chris Fearne, fost l-oħrajn.
    Fil-preżenza tal-ġurnalisti, il-Prim Ministru tenna kif l-Oppożizzjoni, bl-aktar mod ċar, uriet li trid tkun vendikattiva fuq livell personali kemm ma’ Fearne, miegħu kif ukoll mal-uffiċjali tas-Servizz Pubbliku.
    Dan filwaqt li l-kawża kellha l-għan li tbeżża’ lill-Gvern milli jkompli bil-ħidma tiegħu favur il-Maltin u l-Għawdxin.
    ROBERT ABELA
    IL-PRIM MINISTRU
    “Il-Kap tal-Oppożizzjoni ried juri, b’mod ċar, li kien lest ikun vendikattiv. Dan fuq livell personali, kemm ma’ Chris Fearne kif ukoll miegħi u maċ-Ċivil. Għamel kawża fejn attakka personalment, li jfisser li dak li ried kien li l-€400 miljun, li allega li nsterqu minn Steward, jittieħdu mill-assi personali ta’ uffiċjali taċ-Ċivil kif ukoll mill-Kabinett, immexxi minni, fost persuni oħrajn.”
    Fil-fatt il-Prim Ministru nnota wkoll l-ipokrezija ta’ Bernard Grech fejn, fil-midja, jgħid li qed jipproteġi lill-uffiċjali taċ-Ċivil, iżda fil-Qrati jattakka lilhom u lill-membri tal-familja tagħhom.
    Dr Abela tenna kif is-sentenza dettaljata tal-lum kompliet toħroġ biċ-ċar kif Bernard Grech ried jaqleb ta’ taħt fuq il-funzjoni kostituzzjonali tal-Avukat tal-Istat, dan fl-istess ħin li ħalef fil-falz.
    ROBERT ABELA
    IL-PRIM MINISTRU
    “Kien b’mod ċar li l-Kap tal-Oppożizzjoni ħalef il-falz fir-rikors maħluf fl-ewwel paragrafu fil-bidu nett tad-dokument li bih fetaħ il-kawża Grech jattribwixxi allegazzjonijiet kriminali, jgħidhom fil-konfront tiegħi, minkejja li kull sentenza tal-Qorti li ngħatat teskludini b’mod mill-aktar speċifiku u anke l-inkjesta Maġisterjali.”
    Il-Prim Ministru saħaq li, minkejja li f’okkażjonijiet differenti, l-ebda sentenza tal-Qorti, rapporti jew xhieda ma qalu dak li ħalef fuqu Bernard Grech, dan xorta nsista li jibqa’ għaddej bil-kawża u ma kellux id-diċenza li jikkoreġi dak li ħalef fil-falz dwaru.
    F’Kastilja, Dr Abela għamel referenza wkoll għall-kampanja ta’ tfigħ ta’ tajn li kien hemm fil-konfront ta’ Chris Fearne u kif, minkejja dan, fil-Qrati baqa’ jagħmel attakk mill-aktar aħrax fil-konfront tiegħu.
    Għamilha ċara li, jekk hemm xi ħadd li naqas irid iwieġeb għalih, iżda l-kawża tal-Oppożizzjoni kienet mossa ċara ta’ tattiċi ta’ theddid, intimidazzjoni u tbeżżigħ.
    U hawnhekk innota wkoll kif l-Oppożizzjoni moħħha biex tagħmel il-bsaten fir-roti u tirbaħ il-punti politiċi minn dikjarazzjoni falza, minn attakk ikkordinat, inġust u viljakk.
    Iżda quddiem in-negattività u l-attakki tal-Oppożizzjoni Robert Abela qal kif il-Gvern se jkompli jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fl-Arbitraġġ Internazzjonali kontra Steward, fejn qed inressqu ’l quddiem talbiet sodi f’isem Malta, biex pajjiżna jassigura li jieħu dak kollu li hu tiegħu.
    ROBERT ABELA
    IL-PRIM MINISTRU
    “Aġna aġixxejna mill-ewwel, mhux biss bl-istep in, billi ħadna lura l-pussess tal-isptarijiet f’idejna, imma bil-pożizzjonijiet u l-proċeduri b’saħħithom li ħadna fl-arbitraġġ internazzjonali.”
    Robert Abela kien ċar meta qal kif il-Gvern se jibqa’ għaddej bil-ħidma tiegħu favur is-sewwa, fejn fadal ħafna riformi x’jitwettqu favur il-Maltin u l-Għawdxin.
    Waqt il-konferenza tkellem ukoll il-Ministru għall-Ġustizzja, Jonathan Attard, fejn tenna kif dan l-attakk, li qed naraw illum, ikompli mas-sensiela ta’ attakki li kien hemm fil-konfront tal-Avukat Ġenerali u tal-Istat u tal-Kummissarju tal-Pulizija.
    JONATHAN ATTARD
    MINISTRU
    “Imma l-Qorti b’din is-sentenza, studjata sew, għamlitha ċara li ma tridx tkun ko-parteċipi f’dan l-attentat tal-Oppożizzjoni. L-attakk tal-Kap tal-Oppożizzjoni li, bl-iskuża ta’ Steward, għax diġà jaf li l-Gvern qed jieħu l-passi kollha neċessarji fl-interess ta’ pajjiżna, ipprova joħloq skontru istituzzjonali u jheżżeż id-demokrazija ta’ pajjiżna. Imma l-attentat tal-Kap tal-Oppozizzjoni falla.”

ความคิดเห็น • 7

  • @qaswedfr1234
    @qaswedfr1234 21 วันที่ผ่านมา +1

    Shame on you Bernard Grech...

  • @qaswedfr1234
    @qaswedfr1234 21 วันที่ผ่านมา +1

    BG is a tax evader

  • @dorisfava4733
    @dorisfava4733 21 วันที่ผ่านมา

    imma dawn ser jibqaw jaghmlu Li - jredu ,x'arugaza ,x'jaħsbu Lija huma ,flok igiebu l'gid u L'Paci igieb il-j mibghada ,dan mhux kretibli ,IREDU jirfsu anki fuq il- Qrati .? Qifqu vhaqalaw l'inkiet ,u zhommu L'Paci .

  • @AaronScifo2
    @AaronScifo2 21 วันที่ผ่านมา

    th-cam.com/video/Z_GybCJPpbM/w-d-xo.html

  • @angelobartolo8344
    @angelobartolo8344 21 วันที่ผ่านมา

    Fwicek baqa landa demmel Morris huduh tafu fejn

  • @vincebrincat1421
    @vincebrincat1421 21 วันที่ผ่านมา

    Attentatt ta Kopp ta state Mar il QORTI BIEX IWWAQAF LIL GVERN U GABBINNETT

  • @danielcamilleri16
    @danielcamilleri16 21 วันที่ผ่านมา +1

    Bniedem injorant u bla sugu .