ไม่สามารถเล่นวิดีโอนี้
ขออภัยในความไม่สะดวก

QABŻA KBIRA FIL-KWALITÀ TAL-ARJA U L-ĦAJJA

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 12 ก.ค. 2024
  • ONE.COM.MT •
    B’reazzjoni għall-proġett tax-shore-to-ship, fejn il-bastimenti sorġuti fil-Port il-Kbir se jkunu qed jitfu l-magni u jaqbdu mal-grid nazzjonali tad-dawl u b’hekk jitnaqqas drastikament l-ammont ta’ tniġġis minnhom, tkellimna ma’ sindki minn lokalitajiet fid-dawra tal-Port, li qalu b’mod ċar kif dan il-proġett se jagħti kwalità ta’ arja u ambjent aħjar lir-residenti tagħhom.
    QABŻA KBIRA FIL-KWALITÀ TAL-ARJA U L-ĦAJJA
    Il-proġett tax-shore-to-ship, li għadu kemm ġie inawgurat uffiċjalment mill-Prim Ministru Robert Abela din il-ġimgħa, se jagħti kwalità ta’ arja u ħajja ferm aħjar lill-pajjiż, iżda b’mod speċjali lir-residenti li jgħixu mad-dawra tal-Port il-Kbir.
    L-investiment ta’ tlieta u tletin miljun ewro, ko-finanzjat minn fondi Ewropej, se jara li l-bastiment il-kbar, bħal cruise liners, jitfu l-magni tagħhom kompletament u jaqbdu mal-grid nazzjonali tal-elettriku.
    Il-vapuri issa jistgħu jitfu l-magni u l-generators meta jkunu sorġuti fil-port biex b’hekk dan se jwassal għal titjib konsiderevoli fil-kwalità tal-arja għal madwar 17,000 familja li jgħixu f’din iż-żona.
    Dan hu wkoll wieħed mill-ewwel proġetti tat-tip tiegħu fil-Mediterran.
    Is-Sindki tal-Belt Valletta u l-Isla, tnejn mill-ibliet affettwati direttament mill-industrija fil-Port il-Kbir, esprimew kummenti mill-aktar favorevoli għal dan il-proġett li se jwassal għal tnaqqis ta’ disgħin fil-mija tat-tniġġis mill-bastimenti.
    Olaf McKay tkellem dwar kif, bħala Sindku tal-Belt kapitali, jilqa’ dan il-proġett b’sodisfazzjon.
    OLAF MCKAY
    SINDKU, BELT VALLETTA
    “Dan il-proġett ifisser sodisfazzjon kbir għalina fejn ħa nkunu qegħdin naraw tnaqqis ta’ 90% fit-tniġġis minn dawk il-vapuri li jsorġu fil-Port il-Kbir, fejn issa kif jidħlu dawn il-vapuri, bastimenti u cruise liners, se jkunu qegħdin jitfu l-magni u l-generators tagħhom u jkunu pplagjati ma’ dan il-proġett fejn se joffri kwalità ta’ arja aħjar.”
    Min-naħa tiegħu, is-Sindku tal-Isla, Clive Pulis, qal li dan il-proġett se joffri ambjent aktar nadif u arja aktar pura.
    CLIVE PULIS
    SINDKU, ISLA
    “Qed jagħtina aktar ambjent nadif, arja nadifa u jkollna aktar residenti f’kumdità fid-dar tagħhom, li qabel kien ikun hemm ħafna lmenti, meta jidħol vapur, jagħmel sigħat twal fuq il-magni mixgħulin. Illum il-ġurnata, din il-problema, bis-saħħa tal-Gvern Laburista, se tkun qed tispiċċa darba għal dejjem.”
    Waqt l-inawgurazzjoni l-Ħamis li għadda, il-Prim Ministru Robert Abela spjega li, permezz ta’ dan il-proġett, se jkun hemm ukoll tnaqqis nett ta’ 40% fil-gassijiet serra mill-cruise liners, minbarra t-tnaqqis ta’ aktar minn 90% fit-tniġġis inġenerali.
    Dan il-proġett se jkompli jiġi estiż biex jinkludi 16-il punt ta’ eletrifikazzjoni fil-Port il-Kbir, minbarra li għaddej ix-xogħol fuq proġett ieħor ta’ shore-to-ship fiż-żona tal-Freeport.
    Ma’ dan kollu, għaddejja wkoll il-ħidma għal iżjed titjib, fost l-oħrajn, bl-installazzjoni tat-tieni interconnector, faċilitajiet favur ir-riċiklar tal-iskart f’riżorsa u r-riġenerazzjoni ta’ 40,000 metru kwadru ta’ art fi spazji miftuħa fl-aħħar xhur.

ความคิดเห็น • 1