ULTIMATUM B’RABTA MAL-KAŻ TAŻ-ŻEJT

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 11 ก.ค. 2024
  • ONE.COM.MT • Aktar kmieni llum il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili tat-ultimatum sabiex fi żmien żewġ seduti oħra, il-Prosekuzzjoni tagħlaq il-kumpilazzjoni tal-provi b’rabta mal-każ taż-żejt.
    Każ li ilu quddiem il-Qrati Maltin għal dawn l-aħħar 11-il sena madankollu bi ftit li xejn progress fih, bl-Imħallef Toni Abela jgħid li l-każ waqa’ f’bir tas-skieken minsi minn kulħadd minkejja l-kontroversi li ġab miegħu. Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, sede Kostituzzjonali, ippreseduta mill-Imħallef Toni Abela, ordnat lill-Qorti tal-Maġistrati biex, fi żmien żewġ seduti oħra, il-Prosekuzzjoni tagħlaq il-provi tagħha dwar l-allegat skandlu taż-żejt.
    Każ fejn allegatament kien hemm tixħim fix-xiri taż-żejt fuq perjodu ta’ 12-il sena bejn is-sena 2000 u l-2012.
    Wara ż-żewġ seduti ordnati mill-Imħallef Abela, il-kumpilazzjoni tal-provi mill-Prosekuzzjoni se tkun qed tiġi magħluqa.
    Il-Qorti ordnat dan f’deċiżjoni l-Ġimgħa filgħodu waqt kawża miftuħa minn Tancred Tabone, akkużat ewlieni fl-istess każ u li dwaru tressaq l-ewwel darba lura fl-2013 mixli b’numru ta’ akkużi u reati li allegatament saru waqt li kien qed jokkupa l-kariga ta’ Chairman tal-Enemalta.
    Rapporti fil-midja kienu żvelaw numru ta’ invoices u imejls li jindikaw sistema ta’ commissions allegatament imħallsin minn George Farrugia lill-istess Tabone, fost oħrajn.
    Minbarra hekk, kien ġie żvelat kif l-istess Farrugia kien saħansitra ddiskuta l-ħatra ta’ Tabone qabel sar Chairman mal-Ministru dak iż-żmien responsabbli, Austin Gatt.
    Il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi kien ta maħfra Presidenzjali, b’diversi kundizzjonijiet, lil Farrugia biex jikxef kollox b’rabta mal-każ. Madankollu, 11-il sena wara li Tancred Tabone u oħrajn tressqu l-Qorti, il-każ għadu pendenti.
    Fil-fatt, il-Ġimgħa filgħodu Tabone ngħata €7,000 f’danni hekk kif instab li d-dewmien fil-kawża kiser id-drittijiet tiegħu għal smigħ xieraq tant li ilu mill-2013 bl-assi tiegħu ffriżati, fost oħrajn.
    Fis-sentenza tiegħu, l-Imħallef Abela nnota kif, fuq 11-il sena, saru aktar minn 60 seduta u li f’aktar minn 50 minnhom ma sar assolutament xejn jew kien hemm biss progress żgħir.
    L-Imħallef innota wkoll il-portata ta’ din il-kawża, li saħansitra ħolqot kontroversji nazzjonali. Madankollu rrimarka kif, maż-żmien, din spiċċat waqgħet f’bir tas-skieken u sfat minsija minn kulħadd.
    Fis-sentenza tiegħu, l-Imħallef innota wkoll l-aġir passiv ta’ Tancred Tabone quddiem dan id-dewmien hekk kif naqas milli jiġbed l-attenzjoni tal-Qorti dwar it-tul li kienu qed jieħdu l-proċeduri. Dan saħansitra anke waqt li wħud mix-xhieda kienu qed jiġu nieqsa.

ความคิดเห็น • 3

  • @angelobartolo8344
    @angelobartolo8344 24 วันที่ผ่านมา

    Li sesquiquadrate huduomlom mafia