IL-KOĦĦU JIXHED DWAR KIF IĊ-ĊINIŻ DEJJEM RIED BOMBA

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 7 มิ.ย. 2021
  • ONE.COM.MT • Fil-Qorti llum kompliet tinstema’ il-kumpilazzjoni fil-konfront tan-negozjant Yorgen Fenech fejn fis-seduta tal-lum tela’ jixhed Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu li kien wieġeb ħati li ħa sehem fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u għal dan qed iservi ħmistax-il sena ħabs.
    Naraw.
    KITBA: PEARL AGIUS
    FILMATI: ARKIVJI
    L-assassinju fuq Daphne Caruana Galizia permezz ta’ sparatura kien se jsir f’Awwissu tal-elfejn u sbatax iżda l-pjan kien abbandunat fl-aħħar mumenti minħabba xi problemi fil-karozza li kienu se jaħarbu biha.
    Fix-xhieda tiegħu waqt il-kumpilazzjoni kontra n-negozjant Yorgen Fenech, Vince Muscat magħruf aħjar bħala l-Koħħu rrakkonta l-episodju meta hu flimkien ma’ Alfred Degiogio, il-Fulu kienu fl-għalqa l-Bidnija fejn kellhom veduta ċara ta’ Caruana Galizia taħdem fuq il-laptop tagħha.
    Muscat spjega li kien Degiorgio li kien se jisparalha permezz ta’ pistola li kienet qed iserraħ fuq xkejjer tal-ħamrija.
    George Degiorgio, iċ-Ċiniż kien infurmahom ukoll li fil-viċinanzi kien hemm diversi karozzi tal-pulizija.
    Vince Muscat kompla jispjega li ċ-Ċiniż dejjem ipprefera pjan li fiha juża bomba biex joqtolha għaliex kienet tinvolvi inqas kumplikazzjonijiet.
    Hu qal li kien saqsa lil Robert u Adrian Agius, l-aħwa tal-Maksar u lil Jamie Vella sabiex ifornu l-isplussiv. Bomba li kienet importata u kellha ħames mitt kilogramma ta’ ġelatina.
    Fil-Qorti stqarr li kienu jagħmlu użu ta’ tromba b’saħħitha biex josservaw id-dar ta’ Caruana Galizia minn diversi postijiet u saħansitra kienu jsusu warajha f’ħanut fin-Naxxar li kienet iżżur regolarment.
    Vince Muscat qal li kien hemm pjan biex jitfgħu l-bomba fil-karozza ta’ Caruana Galizia matul in-Notte Bianca iżda dan ma sarx biex imbagħad fil-ħmistax ta’ Ottubru innutaw li l-karozza tagħha kienet ipparkjata barra.
    Hu xehed li l-għada tal-assassinju hu saq lill-Fulu lejn Marsaskala fejn kellhom jiġbru mija u għoxrin elf ewro, liema ammont inqasam bejn tlieta. Dan filwaqt li tletin elf ewro tħallsu meta sar il-pjan tal-assassinju.
    ŻBALL DWAR KUMPENS IKKOREĠUT
    Il-Qorti t’Għawdex bidlet id-deċiżjoni tagħha wara aktar kmieni dan ix-xahar kienet ordnat tabib biex iħallas disgħa u ħamsin elf ewro, f’kumpens lil koppja wara inċident tat-traffiku.
    Issa l-Qorti qed tordna lit-tabib biex jagħti erbatax-il elf ewro lil din il-koppja, wara l-karozza tat-tabib ħabtet fil-karozza tal-koppja fiż-Żebbuġ Għawdex, ħames snin ilu.
    Dan wara żball fil-kalkolu li sar fl-għoti tas-sentenza.
    Kawża ta’ dan l-inċident, il-mara kienet sofriet diżabilità permanenti ta’ tnax fil-mija u sarulha sittin punt fis-sieqha.

ความคิดเห็น •