IPPUBBLIKATA L-PROKLAMA LI NGĦATAT LILL-KOĦĦU

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 4 ต.ค. 2024
  • ONE.COM.MT • Il-Gvern ippubblika l-proklama li ngħatat lil Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu fuq omiċidju li seħħ sitt snin ilu f’Birkirkara.
    Il-Koħħu għandu numru ta’ kundizzjonijiet li jrid iżomm magħhom biex ma jitlifx il-maħfra Presidenzjali li ngħata fuq dan id-delitt.
    Fosthom irid jgħid is-sewwa u jagħti informazzjoni dwar il-mandant u l-eżekutur ta’ dan il-qtil.
    KITBA EDWARD MONTEBELLO
    FILMAT ARKIVJI
    Il-Gvern ippubblika l-proklama li ngħatat it-Tlieta lis-Sur Vincent Muscat mill-President tar-Repubblika b’rabta mal-investigazzjonjiet li qegħdin isiru mill-Pulizija fuq l-omiċidju tal-Avukat Carmel Chircop li seħħ fit-8 ta’ Ottubru tal-2015.
    Fost il-kundizzjonijiet marbuta mal-għoti tal-maħfra Presidenzjali hemm li Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu irid jgħid l-istorja veritiera kollha mill-bidu sal-aħħar dwar il-qtil ta’ Chircop.
    Il-Koħħu hu marbut li jagħti l-identità preċiża tal-mandant tad-delitt u anki dik tal-eżekutur tal-qtil tal-Avukat.
    Fost dettalji oħra li Muscat irid jgħaddi huwa l-ammont ta’ flus li huwa rċieva mingħand nies involuti fil-qtil ta’ Chircop, li seħħ f’kumpless tal-garaxxijiet f’Birkarkara.
    Skont il-kundizzjonijiet tal-proklama, l-ammont ta’ flus li ħa għall-qtil ta’ Chircop irid jiġi konfiskat filwaqt li jekk huwa ma jixhidx u ma jgħidx is-sewwa, il-proklama tiġi rtirata.
    Il-Kabinett kien irrakkomanda li Vince Muscat jingħata l-maħfra fuq il-qtil tal-Avukat Chircop fuq parir tal-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali.
    Dan hekk kif il-Koħħu offra li jikkopera f’din l-investigazzjoni dwar omiċidju ta’ sitt snin ilu, li baqa’ mhux solvut.
    F’Ottubru tal-2015, l-Avukat Chircop inqatel filgħodu b’erba’ tiri sparati b’arma tan-nar.
    It-Tlieta filgħaxija l-pulizija kkonfermat l-arrest ta’ tliet persuni li qed jgħinu fl-investigazzjonijiet b’rabta mal-qtil tal-avukat Carmel Chircop.
    Tnejn minn dawn it-tliet persuni qed jgħinu wkoll fl-istħarriġ marbut mal-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia.
    L-arresti twettqu f’żewġ operazzjonijiet konġunti fil-Baħrija, fejn ġew arrestati żewġt irġiel u fis-Swieqi ġiet arrestata persuna oħra.
    Fl-istess jum, Vince Muscat il-Koħħu ġie kkundannat ħmistax-il sena ħabs wara li ammetta bl-involviment tiegħu fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

ความคิดเห็น •