TRIQ PRINĊIPALI FIŻ-ŻURRIEQ B’ARMAR MODERN

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 5 ก.ค. 2024
  • ONE.COM.MT • Ġie inawgurat proġett ambizzjuż mill-Karmelitani Żrieraq, dak ta’ 11-il pavaljun tad-dawl li se jkunu qed isebbħu Vjal il-Blue Grotto, fiż-Żurrieq, fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu dan ix-xahar.
    Tkellimna mal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria fejn spjegawna l-ħidma li saret tul din is-sena li għaddiet.
    KITBA: ANDREW SPITERI
    FILMAT: DORIAN BORG
    Fir-raħal pittoresk taż-Żurrieq, issa li beda x-xahar ta’ Lulju, nibdew naraw dan ir-raħal jarma l-libsa tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu, b’karatteristika tradizzjonali mill-isbaħ b’ammont kbir ta’ arbli u faċċati mixgħulin blu.
    Din is-sena, ma’ dawn, se jkunu qed jiżdiedu 11-il pavaljun tad-dawl li se jkunu qed isebbħu Vjal il-Blue Grotto, it-triq ewlenija li kull min se jgħaddi minnha se jkun jista’ jitpaxxa b’dawn l-opri artistiċi.
    Dan il-proġett ambizzjuż, li daħlu għalih il-Karmelitani Żrieraq, hu frott il-ħidma li tkun qed issir mill-partitarji voluntieri u l-membri tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria.
    Tkellimna mal-President tal-għaqda li qalilna li, għall-festa ta’ din is-sena, kienet għaddejja ħidma kbira li tinvolvi ħafna persuni.
    ANTHONY BORG
    PRESIDENT, GĦAQDA KARMELITANA BANDA QUEEN VICTORIA
    “Ħa tkun bejn l-14 ta’ Lulju u l-21 ta’ Lulju din is-sena. Il-membri tagħna, il-partitarji u dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-festi tradizzjonali Maltin jaraw il-festa tagħna bħala festa kbira u jippretendu li tkun festa kbira, imma dan ma jsirx mix-xejn. Dan aħna hemm ammont sostanzjali ta’ voluntieri li jaħdmu tul is-sena kollha għal din il-festa.”
    Dwar il-proġett il-ġdid, tkellimna ma’ Emanuel Cassar, membru tas-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani, fejn spjegalna li Vjal il-Blue Grotto, li ilha tintrama mill-1996, se jinbidel is-sett ta’ liedni għal dawn il-pavaljuni tad-dawl.
    EMANUEL CASSAR
    MEMBRU SEZZJONI ŻGĦAŻAGĦ KARMELITANI
    “Sentejn ilu ddeċidejna li nimmodernizzaw ftit din it-triq u nagħtuha xejra differenti. Iddeċidejna li nagħmlu dawn il-pavaljuni tad-dawl. Ġie avviċinat id-disinjatur Carmel Cassar, għamlilna d-disinn, dan li hawn u għamilna, u minn hemmhekk bdejna l-proċess biex nagħmlu l-ewwel wieħed. Iżżanżan l-ewwel pavaljun is-sena l-oħra fil-pjazza, mis-sena l-oħra ’l hawn bdejna b’ħidma biex nagħmlu l-għaxra l-oħra.”
    Cassar semma kif din il-ħidma kienet tikkonsisti fix-xiri u t-tgħawwiġ tal-ħadid, ingħaqad u ġie wweldjat flimkien u, imbagħad, bdiet il-ħidma fuq id-disinn. Waqt dan kollu, kienet qed issir ħidma kbira wkoll fuq il-bozoz, fejn kif ingħaqad kollox, ingħaddew il-wajers kollha.
    Fatt sabiħ hu li dawn il-pavaljuni juru 11-il arma bil-litanija tal-Madonna, waħda għal kull pavaljun, fejn fl-aħħar qed jidher ir-riżultat finali li mistenni jkompli jżid l-atmosfera għall-Festa tal-Karmnu din is-sena.

ความคิดเห็น • 4

  • @catherinexuereb335
    @catherinexuereb335 5 วันที่ผ่านมา

    Imma sekondarji tibqow.

    • @Juvemalta
      @Juvemalta 5 วันที่ผ่านมา

      X ugieh ta zaqq ghandek flokk tghid kemm gew sbieh. 🍋🍋🍋

  • @graziellagrech8121
    @graziellagrech8121 5 วันที่ผ่านมา

    Proset hbieb

  • @beatricelundgren9096
    @beatricelundgren9096 4 วันที่ผ่านมา

    Proset hafna u sbieh.