“YORGEN FENECH TA’ TUMAS QABBADNI NOQTOLHA, GĦALIJA HU L-MANDANT”

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 11 ธ.ค. 2019
  • ONE.COM.MT • Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, Melvin Theuma, il-middleman fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ta t-tieni xhieda tiegħu fil-kumpilazzjoni xhieda kontra t-tliet ezekuturi fil-delitt, l-aħwa Alfred u George Degiorgio u Vince Muscat.
    Theuma li għandu l-proklama ħalef li l-eks chief of staff tal-Prim Ministru Keith Schembri la qatt ma semmielu lil Daphne Caruana Galizia, la biex joqtolha u lanqas qatt ma tah xi flus. Huwa tenna li kien in-negozjant Yorgen Fenech ta’ Tumas li qabdu joqtolha.
    Melvin Theuma qal li huwa iltaqgħa ma Daphne Caruana Galizia darba f’ħajtu, qabel ma Yorgen Fenech kien kelmu li ried joqtolha. Qal li huwa kien wasalha d-dar u ma ħadiliex flus, minħabba li kellha l-karozza ipparkjata l-ħilton u kellha puncture.

ความคิดเห็น •