JAMMETTI U JEĦEL 15-IL SENA ĦABS FUQ IL-QTIL TA’ DCG

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 4 ต.ค. 2024
  • ONE.COM.MT • Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu ġie kkundannat ħmistax-il sena ħabs fuq l-involviment tiegħu fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
    Dan wara li fi żvilupp fil-Qorti, huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.
    Ġie rappurtat li f’laqgħa tal-Kabinett ilbieraħ ġie rakkomandat li Vince Muscat jingħata l-proklama fuq każ ieħor, dak tal-qtil tal-Avukat Carmel Chircop, sitt snin ilu.
    Intant f’aktar żviluppi b’rabta mal-qtil ta’ Caruana Galizia jeżistu rapporti t’arrest ta’ tlett irġiel li huma suspettati li fornew il-bomba li ntużat fil-qtil.
    KITBA: EDWARD MONTEBELLO
    FILMATI: A. BORG / S. CUCCIARDI / ARKIVJI
    Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu ġie kkundannat ħmistax-il sena ħabs għall-involviment tiegħu fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
    Fil-Qorti t-Tlieta wara nofshinar Muscat ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u fl-għoti tas-sentenza, l-Imħallef Edwina Grima tat is-sentenza wara qbil bejn id-difiża tal-Koħħu u l-prosekuzzjoni.
    L-Imħallef ġibdet l-attenzjoni tal-imputat għall-ammissjoni ta’ delitt gravi u qalet lil Vince Muscat jekk iridx li jiġu ripetuti lilu l-akkużi iżda dlonk Vince Muscat qal li mhemmx il-ħtieġa.
    Quddiem iż-żewġ akkużati l-oħra, l-aħwa Alfred u George Degorgio, li ma wrew l-ebda forma ta’ emozzjoni, Vince Muscat ġie ordnat ukoll iħallas kważi tlieta u erbgħin elf ewro, li huma terz tal-ispejjeż tal-Qorti.
    Fl-istess jum ta’ dan l-iżvilupp, ġie rrappurtat li Vince Muscat ġie rakkomandat li jingħata l-maħfra presidenzjali biex jgħin fil-każ tal-qtil tal-Avukat Carmel Chircop li seħħ fl-elfejn u ħmistax.
    Din ir-rakkomandazzjoni ngħatat f’laqgħa tal-Kabinett it-Tnejn filgħodu.
    Issa jmiss lill-President tar-Repubblika George Vella li jiffirma l-proklama biex Vince Muscat jingħata l-maħfra bil-kundizzjoni li jgħin fl-investigazzjoni fil-qtil ta’ Chircop.
    L-Avukat Carmel Chircop kien inqatel kiesaħ u biered b’erba’ tiri ta’ arma tan-nar f’kumpless tal-garaxxijiet f’Birkirkara fit-tmienja ta’ Ottubru tal-2015.
    Il-Kabinett ma kienx approva t-talba tal-Koħħu biex jingħata l-maħfra għall-involviment tiegħu fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
    Intant fl-istess waqt li l-Koħħu kien qed jammetti l-akkużi, ġew arrestati tlett irġiel suspettati li fornew il-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia.
    Skont rapporti dawn huma l-aħwa Adrian u Robert Agius, magħrufa bħala tal-Maksar, u Jamie Vella.
    Intant, il-pulizija wettqu operazzjoni fil-Baħrija.
    Nifhmu li hawnhekk saru tfittxijiet f’żewġt idjar u l-operazzjoni twettqet b’rabta mal-arresti li saru.
    Għal xi mumenti fil-limiti ta’ Triq Is-Sajf ta’ San Martin fil-Baħrija kien hemm preżenza qawwija ta’ pulizija armati u lebsin il-balaklavi.
    Hawnhekk rapporti qalu li ġew arrestati żewġ persuni filwaqt li saru anki arresti f’Ħaż-Żebbuġ, fejn hemm il-fabbrika tal-Maksar.
    L-irġiel suspettati li ġew arrestati fl-aħħar sigħat kienu diġà ġew arrestati f’Diċembru ta’ erba’ snin ilu meta l-pulizija wettqet diversi rejds u arrestat għaxar persuni.
    Huma kienu nħelsu ftit wara.
    Allegatament, it-tlett irġiel suspettati li ssupplixxew il-bomba, taw struzzjonijiet ċari lill-allegat eżekuturi fil-qtil ta’ Caruana Galizia dwar kif se jisplodu l-bomba fil-karozza ta’ Caruana Galizia.
    Huma allegatament taw dettalji tal-messaġġ li kellu jintbagħat bil-mobile biex il-bomba tieħu.
    Rapporti qed jgħidu li l-persuni arrestati fl-aħħar sigħat anki taw armi f’idejn l-allegat eżekutturi biex jisparaw minn distanza u joqtlu lil Caruana Galizia.

ความคิดเห็น •