ไม่สามารถเล่นวิดีโอนี้
ขออภัยในความไม่สะดวก

JIRRAKKONTA L-BIŻA’ LI ĦAKMITU MIS-SULDATI INGLIŻI

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 27 เม.ย. 2020
  • ONE.COM.MT - Tmienja u għoxrin t’April elf disa’ mija tmienja u ħamsin.
    Għaddew tnejn u sittin sena mill-irvellijiet iżda l-istorja miktuba ma jħassarha ħadd.
    Dakinhar waqt l-istrajk ġenerali, il-ħaddiema Maltin qamu kontra l-ħakkiem Ingliż.
    Fis-servizz li jmiss nisimgħu rakkont ta’ raġel li kien apprentist it-tarzna u li spjegalna kif is-suldati Ingliżi qanqlu biża’ fost il-Maltin.
    KITBA: EMAN PORTELLI
    FILMAT: ARKIVJI
    JIRRAKKONTA L-BIŻA’ LI ĦAKMITU MIS-SULDATI INGLIŻI
    It-Tnejn tmienja u għoxrin ta’ April tal-elf disa’ mija tmienja u ħamsin. Jum mhux bħal tas-soltu, hekk kif il-poplu Malti qam biex juri s-sentimenti b’saħħithom favur nazzjon ħieles mill-ħakkiema Ingliżi.
    Dan l-avveniment seħħ wara diversi żviluppi politiċi li pajjiżna għadda minnhom fil-ħamsinijiet. Lura fl-elf disa’ mija ħamsa u ħamsin, il-Perit Mintoff sar għall-ewwel darba Prim Ministru ta’ Malta u bl-għajta li Malta tingħaqad mar-Renju Unit jew inkella tkun indipendenti.
    It-taħdidiet tal-integration sfaxxaw fix-xejn hekk kif il-ħakkiema Ingliżi bdew jagħtu s-sensji lil ħaddiema li kienu jaħdmu mas-servizzi Ingliżi, b’dawk magħrufa bħala Run Downs.
    Seba’ t’ijiem qabel l-irvellijiet, Mintoff irriżenja minn Prim Ministru anki permezz ta’ dikjarazzjoni li tibqa’ tissemma’.
    PERIT DOM MINTOFF
    EKS PRIM MINISTRU TA’ MALTA
    “Quddiem Alla għandna raġun. Issa sta għalina li dan ir-raġun nieħduh ukoll mingħand in-nies ta' din id-dinja. Jekk inkunu ġwejjed aħna, jisħtuna wliedna u wlied uliedna. Illum waslet is-siegħa meta kull Malti jrid bil-fatti juri li Malta, għalina, tiġi l-ewwel u qabel kollox."
    Intant, l-inkwiet tat-tmienja u għoxrin t’April deher mill-bidu.
    Il-General Workers’ Union ordnat strajk ġenerali, bil-Gvern Ingliż immexxi mill-Gvernatur Robert Laycock ma ħalliex lil General Workers’ Union tagħti l-ordnijiet tal-istrajk minn fuq ir-redifussion iżda l-istrajk sar u qam l-inkwiet permezz ta’ protesti partikolarment fil-Marsa u Raħal Ġdid, bl-agħar episodju jiġri fit-telgħa ta’ Kordin.
    Joseph Abela ta’ tnejn u tmenin sena fissrilna kif huwa kien it-Tarzna u kellu jmur għax-xogħol bilfors iżda l-atmosfera ta’ inkwiet barra t-tarzna baqgħet tidwi.
    JOSEPH ABELA
    GĦEX L-IRVELLIJIET TAT-28 T’APRIL 1958
    “Xħin rawhom ġejjin is-suldati, aħna ngħidulha t-telgħa ta’ Kordin, bdew iwaddbulhom il-ġebel minn hemm hekk u kullħadd jitlaq jiġri għax ma kellniex biex niddefendu ruħna aħna, b’hekk kien ikollna nidħlu peress li apprentisti u konna jżommuna qisna maqfulin.”
    Spjegalna kif kellu jmur lura lejn daru fil-Ħamrun bil-mixi u ltaqa’ mas-suldati Ingliżi li kienu għassa għal kull min jitniffes.
    JOSEPH ABELA
    GĦEX L-IRVELLIJIET TAT-28 T’APRIL 1958
    “Bdejna nibżgħu neżlin għax kull fejn tara s-suldati jimmarċjaw, għassa.”
    L-Ingliżi arrestaw disgħa u disgħin persuna, b’ħafna minnhom weħlu sentenza ta’ ħabs fosthom l-eks Ministri Laburisti Patrick Holland, Bertu Hyzler u Agatha Barbara.
    Illum dawn u s-suldati l-oħra tal-azzar ma jintesewx.

ความคิดเห็น •