JUM IL-ĦELSIEN: SARU ERBAT ILJIELI TA’ ĊELEBRAZZJONIJIET

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 10 ก.ย. 2024
  • ONE.COM.MT •
    Fis-servizz li jmiss niltaqgħu ma’ John Muscat, li kien involut ferm fiċ-ċelbrazzjonijiet li kienu saru fil-ġranet ta’ qabel il-wieħed u tletin ta’ Marzu tal-elf disa’ mija u disgħa u sebgħin.
    KITBA: ANTON FALZON
    FILMAT: BJORN BONELLO
    Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ħelsien sħiħ ta' artna, il-Prim Ministru ta’ Malta ta’ dak iż-żmien, Duminku Mintoff ried li ċ-ċelebrazzjonijiet għall-festi ta’ Jum il-Ħelsien ikunu kbar.
    Għal dan il-għan, il-Kumitat Festi Nazzjonali ta’ dak iż-żmien kellu l-ħsieb li jistieden kantanti popolari ta’ dik l-era, fosthom lil Demis Roussos u kien issemma wkoll Cliff Richard.
    L-ispiża kienet se titla ħafna u Mintoff ma xtaqx li jintefqu daqshekk flus. Kien ħareġ bl-idea li l-Ambaxxati jibagħtu l-gruppi folkloristiċi tagħhom għal dawn l-attivitajiet.
    Tkellimna ma’ John Muscat, li kien il-preżentatur ewlieni tas-serati fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħelsien, li kienu saru fuq erbat ijiem, bejn is-27 u t-30 ta’ Marzu.
    JOHN MUSCAT
    PREŻENTATUR
    “L-ewwel ħaġa, kellna erbat ijiem għaddejjin b’attivitajiet filgħaxija naturalment, għaliex kienu ġew diversi gruppi folkloristiċi, u kull min huwa dilettant jaf li l-gruppi huma folti ħafna bin-nies, ilbies ta’ dak iż-żmien, anke bl-instrumenti tagħhom. F’Bieb il-Belt konna għamilna żewġ palki, wieħed in-naħa tat-Teatru l-imwaqqa, li kien hemm fuqu Maria Camilleri, u l-ieħor faċċata tagħha, jiena bit-talent Malti.
    Fit-30 ta’ Marzu saret funzjoni fuq il-monument u saret oħra ix-xatt tal-Isla, eżatt kif toħroġ mill-Maċina, fejn fuq palk kbir armat apposta, diversi gruppi barranin mibgħuta mill-Ambaxxati, taw sehemhom flimkien mat-talent Malti.
    John Muscat irrakuntalna iktar dwar il-jum tat-30 ta’ Marzu.
    JOHN MUSCAT
    PREŻENTATUR
    “Dakinhar kien maltemp kbir, fit-30 kienet xita enormi, li jiena qiegħed id-dar hawn, u nċempel ħa nara hux se ssir l-attività. Pero l-attività ssir hi x’inhi, bħal ma bata’ l-poplu Malti, taħt il-barrani għal ħafna snin, issa din irridu nagħmluha, u filfatt saret. Jien biex wasalt s’hemmhekk ġew bil-jeep tal-Forzi Armati għalija, għax il-karozza li kelli dak iż-żmien, kienu jgħidu li kif jagħmel naqra ilma tieqaf, u wassluni s’hemmhekk sal-Isla.
    Dawk kollha preżenti f’dik il-lejla ta’ maltemp segwew bi ħġarhom id-diskorsi patrijottiċi li saru fejn il-qofol intlaħaq wara, bl-inżul tal-bandiera Ingliża u t-tlugħ tal-bandiera Maltija u l-mixgħela tal-urna.
    Dwar il-mafkar tal-Ħelsien, John Muscat saħaq li l-mod kif inħadem kien wieħed bi ħsieb.
    JOHN MUSCAT
    PREŻENTATUR
    “Il-Prim Ministru ried xi ħaġa iebsa, tidher iebsa filfatt, biex tirrifletti t-tbatija matul is-snin, allura sar bil-blat, bil-bajtar tax-xewk etc. Kulħadd jaf kif inhu u ried li tkun għolja, mhux xi ħaġa flat, l-għolja tal-Ħelsien u sar.
    Minn dak iż-żmien sal-lum, 44 sena wara, pajjiżna dejjem ifakkar it-tluq tas-servizzi Ingliżi u t-tmiem tal-bażi militari minn Malta.
    ll-ġrajja tal-31 ta’ Marzu 1979, se tibqa’ mnaqqxa f’qalbna bħala dak il-jumli ġab is-sovranita sħiħa ta’ pajjiżna.

ความคิดเห็น •