GĦADA JIFTAĦ L-ISTAĠUN TAL-LAMPUKI

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 25 ต.ค. 2024
  • ONE.COM.MT • Ninsabu mill-ġdid fiż-żmien, li jfakkarna f’xi żjara fir-raħal pittoresk ta’ Marsaxlokk għal xirja tajba tal-lampuki jew it-tisjir fil-kċina b’din il-ħuta tradizzjonali Maltija.
    Għada jiftaħ proprju l-istaġun għall-qbid tal-lampuki, fejn madwar tmenin opra lokali bis-sajjieda tagħhom għandhom ix-xbieki lesti għas-sajda tagħhom.
    KITBA: KIMBERLEY SACCO BALDACCHINO
    FILMAT: MAFA-PS
    Madwar tmenin opra tas-sajd irreġistrati mal-awtoritajiet jinsabu lesti bix-xbieki biex mill-Ħamis, festa ta’ Santa Marija, ibakkru minn kmieni għal sajda tajba li titma’ lill-Maltin, bħala parti mid-dieta tradizzjonali tagħhom, kif ukoll lill-barranin li jżuruna.
    Dan hekk kif, fl-istess jum li l-gżejjer tagħna jkunu qed jiċċelebraw din il-festa, jiftaħ l-istaġun għal din il-ħuta maħbuba minn ħafna.
    Il-lampuki hu ferm popolari mal-Maltin u l-Għawdxin, li wkoll għandhom il-memorja ta’ ikliet tipiċi Maltin u anke ż-żjarat f’lokalitajiet rinomati, partikolarment Marsaxlokk, għal xirja ta’ ħut frisk fl-istaġun.
    Waqt li fl-aħħar jiem sar it-tberik tradizzjonali tad-dgħajjes u l-bastimenti qabel dan il-ftuħ tal-istaġun, il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, Anton Refalo, spjega kif is-settur tas-sajd hu wieħed importanti ferm għall-gżejjer tagħna.
    ANTON REFALO
    MINISTRU
    “X’ħin tara l-bastimenti, wieħed jista’ aktar jammira l-ħila kbira u x-xogħol tas-sajjied. Dan is-settur tas-sajd hu importanti ħafna, hekk kif iżewweġ flimkien it-tradizzjoni, iżda kif ukoll it-teknoloġija u l-innovazzjoni.”
    Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akkwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said, qalet ukoll kif dan l-istaġun se jkun qed jara mat-tmenin sajjied jistad għal-lampuki fejn appellat lill-konsumaturi biex jappoġġaw il-prodott lokali.
    ALICIA BUGEJA SAID
    SEGRETARJU PARLAMENTARI
    “Għandna madwar tmenin sajjied, li se jkun qiegħed jaħdem u jistad għal-lampuki, u hawn nixtieq nappella lill-konsumaturi Maltin u Għawdxin biex, għal darb’oħra, jagħtu l-appoġġ tagħhom lis-sajjieda lokali.”

ความคิดเห็น •