Maltese-English Dictionary ta’ Joseph Aquilina

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 27 มิ.ย. 2024
  • Dwayne Ellul jintervista lill-Professur Manwel Mifsud dwar Ġużè Aquilina, id-dizzjunarju tiegħu, Erin Serracino-Inglott u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.
    Din hija sensiela ta' intervisti li saret mill-istudenti tat-taqsima-studju Il-Lessikografija Maltija MAL2009 (sena akkademika 2023-2024). L-istudenti għamlu r-riċerka fuq għadd ta' dizzjunarji u intervistaw lil lessikografi, studjużi u pubblikaturi dwarhom. Ħajr lill-istudenti tad-Dipartiment tal-Malti, lil Dwayne Ellul tal-koordinazzjoni u lil Daniel Bezzina tal-filmati.
    AQUILINA:
    0:15 - Kif Mifsud jiftakar lil Aquilina
    21:30 - Deskrizzjoni ta’ Aquilina fi 3 punti
    23:35 - Kif kienet titla’ l-ħidma fuq il-Maltese-English Dictionary
    29:42 - Il-ħerqa ta’ Aquilina li jara l-Miklem Malti lest
    32:27 - L-etimoloġija f’Aquilina
    34:32 - Diskussjonijiet bejn Mifsud u Aquilina dwar it-tfassil tad-Dizzjunarju
    45:51 - Il-persuni involuti fix-xogħol fuq id-Dizzjunarju
    51:24 - L-importanza u r-relevanza tad-Dizzjunarju ta’ Aquilina llum u titjib li jista’ jsir fih
    58:53 - Id-dizzjunarju l-konċiż ta’ Aquilina
    1:02:08 - Il-Miklem Malti ta’ Erin Serracino-Inglot
    1:11:18 - Is-sehem ta’ Mifsud fit-twaqqif tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti
    Id-drittijiet ta’ dan ix-xogħol huma tal-awtur(i)/tal-pubblikatur kif definiti fil-Leġiżlazzjoni xierqa dwar id-Drittijiet tal-Awtur jew kif emendati b’kull leġiżlazzjoni suċċessiva. L-utenti jistgħu jaċċessaw dan ix-xogħol u jistgħu jużaw l-informazzjoni li fih, skont il-Leġiżlazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Awtur u dment li l-awtur jiġi rikonoxxut kif xieraq. Huma pprojbiti d-distribuzzjoni jew ir-riproduzzjoni ulterjuri fi kwalunkwe format mingħajr il-permess minn qabel tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur.

ความคิดเห็น •