Il-Lexicon ta’ Mikiel Anton Vassalli

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 27 มิ.ย. 2024
  • Jesmiel Raines jintervista lil Dr Olvin Vella dwar id-dizzjunarju ta’ Mikiel Anton Vassalli.
    Din hija sensiela ta' intervisti li saret mill-istudenti tat-taqsima-studju Il-Lessikografija Maltija MAL2009 (sena akkademika 2023-2024). L-istudenti għamlu r-riċerka fuq għadd ta' dizzjunarji u intervistaw lil lessikografi, studjużi u pubblikaturi dwarhom. Ħajr lill-istudenti tad-Dipartiment tal-Malti, lil Dwayne Ellul tal-koordinazzjoni u lil Daniel Bezzina tal-filmati.
    LEXICON 1:
    0:15 - Ir-riabilitazzjoni ta’ Vassalli
    2:11 - Għaliex Vassalli baqa’ jemmen li l-Malti ġej mill-Feniċju?
    4:06 - Kumment ta’ De Sacy fuq il-Lexicon
    6:24 - Il-preskrizzjoni fil-Lexicon
    Id-drittijiet ta’ dan ix-xogħol huma tal-awtur(i)/tal-pubblikatur kif definiti fil-Leġiżlazzjoni xierqa dwar id-Drittijiet tal-Awtur jew kif emendati b’kull leġiżlazzjoni suċċessiva. L-utenti jistgħu jaċċessaw dan ix-xogħol u jistgħu jużaw l-informazzjoni li fih, skont il-Leġiżlazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Awtur u dment li l-awtur jiġi rikonoxxut kif xieraq. Huma pprojbiti d-distribuzzjoni jew ir-riproduzzjoni ulterjuri fi kwalunkwe format mingħajr il-permess minn qabel tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur.

ความคิดเห็น •