Id-Dizzjunarju Malti u Teżawru ta’ Malti Mħaddem ta’ Mario Serracino-Inglott

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 27 มิ.ย. 2024
  • Bradley Cachia jintervista lil Dr Chris Gruppetta, pubblikatur ta’ Merlin Publishers, dwar id-dizzjunarju ta’ Mario Serracino-Inglott.
    Din hija sensiela ta' intervisti li saret mill-istudenti tat-taqsima-studju Il-Lessikografija Maltija MAL2009 (sena akkademika 2023-2024). L-istudenti għamlu r-riċerka fuq għadd ta' dizzjunarji u intervistaw lil lessikografi, studjużi u pubblikaturi dwarhom. Ħajr lill-istudenti tad-Dipartiment tal-Malti, lil Dwayne Ellul tal-koordinazzjoni u lil Daniel Bezzina tal-filmati.
    MARIO SERRACINO-INGLOTT:
    0:15 - Min kien Mario Serracino-Inglott?
    1:39 - Kif ix-xogħol fuq id-Dizzjunarju għadda f’idejn Mario Serracino-Inglott?
    4:28 - Min kien Dr Joe Pace? X’sehem kellu fid-Dizzjunarju?
    8:45 - Aneddoti simpatiċi dwar Mario Serracino-Inglott
    9:13 - X’inhuma d-differenzi ewlenin bejn edizzjonijiet differenti tad-Dizzjunarju?
    16:39 - Kif jitqabbel dan id-dizzjunarju ma’ oħrajn fis-suq?
    Id-drittijiet ta’ dan ix-xogħol huma tal-awtur(i)/tal-pubblikatur kif definiti fil-Leġiżlazzjoni xierqa dwar id-Drittijiet tal-Awtur jew kif emendati b’kull leġiżlazzjoni suċċessiva. L-utenti jistgħu jaċċessaw dan ix-xogħol u jistgħu jużaw l-informazzjoni li fih, skont il-Leġiżlazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Awtur u dment li l-awtur jiġi rikonoxxut kif xieraq. Huma pprojbiti d-distribuzzjoni jew ir-riproduzzjoni ulterjuri fi kwalunkwe format mingħajr il-permess minn qabel tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur.

ความคิดเห็น •