MIXLI LI TA B’SIKKINA U WEĠĠA’ LIL ŻEWĠT IBNIET

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 20 ก.ย. 2024
  • ONE.COM.MT • Baqa’ jinżamm arrestat Nazzareno Dalli ta’ tlieta u erbgħin sena li jgħix Bormla, wara li ġie mixli li pprova joqtol żewġt ibniet, ta’ tnax u ħmistax-il sena, b’waħda minnhom li tispiċċa taqla’ sbatax-il daqqa ta’ sikkina waqt li kienet rieqda.
    KITBA: RUSLANA BARBARA
    FILMATI: CHRIS BORG/ARKIVJI
    Nazzareno Dalli ta’ 43 sena, residenti f’Bormla, inżamm arrestat mixli li pprova joqtol u weġġa’ gravi żewġt ibniet ta’ 12 u 15-il sena f’dar privata fil-Marsa.
    Fil-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, hu ġie mixli wkoll li żamm lill-bniet kontra l-volontà tagħhom, li kellu arma fil-pussess tiegħu u li kellu fuqu d-droga kokaina.
    Hu wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, filwaqt li d-Difiża m’għamlet ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.
    Il-każ seħħ nhar is-Sibt, għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar, f’residenza fi Triq San Tumas, fil-Marsa, fejn allegatament weġġa’ liż-żewġt ibniet. Skont rapporti fil-midja, it-tifla ta’ 12-il sena kienet rieqda meta qalgħet 17-il daqqa ta’ sikkina.
    Preżenti fir-residenza kien hemm ukoll tifel ta’ 14-il sena.
    Iż-żewġt ibniet ittieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn waħda ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi u kienet tinsab fil-periklu tal-mewt, waqt li l-oħra weġġgħet b’mod serju.

ความคิดเห็น •