‘LILU KING’ ARRESTAT F’AGGRESSJONI F’PACEVILLE

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 9 ก.ย. 2024
  • ONE.COM.MT • Ġie arrestat mill-ġdid Mohamed Ali Ahmed Elmushraty, magħruf aħjar bħala l-‘Lilu King’. Dan wara li ħabta bil-karozza, il-boxer, diġà involut f’diversi każi mal-ġustizzja, iżda kien fuq libertà proviżorja, spiċċa biex allegatament isawwat Malti f’Paceville.
    KITBA: RUSLANA BARBARA
    FILMAT: ARKIVJI
    Mohamed Ali Ahmed Elmushraty, magħruf aħjar bħala L-‘Lilu King’, ġie arrestat, skont rapporti fil-midja lokali, allegatament minħabba ġlieda li fiha jingħad li sawwat Malti f’Paceville.
    Elmushraty, diġà hu mixli f’każ separat, fost l-oħrajn, dwar traffikar tad-droga u kien fuq libertà proviżorja wara li ngħata l-ħelsien mill-arrest.
    Skont ir-rapporti, l-aħħar każ eskala meta Elmushraty ħabat f’vettura oħra u nqalgħet kommossjoni mal-Malti.
    ‘Lilu King’ mistenni jerġa’ jitressaq fil-Qorti fil-ġranet li ġejjin.
    Lura fl-2016, Elmushraty, li hu boxer, kien involut f’attentat ta’ qtil ta’ tliet bouncers, li attakkahom b’xabla tas-samurai. Wara dak l-inċident, hu kien ħarab mill-pajjiż, iżda rritorna u ġie arrestat b’rabta ma’ serqa armata.
    Fl-istess sena hu ġie arrestat fl-Ajruport, hekk kif wasal minn Tuneż, u fil-pussess tiegħu nstabu 30 kilo tabakk li hu pprova jdaħħal illegalment.
    Is-sena ta’ wara, flimkien ma’ raġel ieħor, ġie mixli li weġġa’ gravi żewġt irġiel f’Paceville, għal darb’oħra b’xabla tas-samurai.
    Hu qed jiġi mixli b’ħasil ta’ flus, evażjoni ta’ taxxa, traffikar tad-droga u kriminalità organizzata.
    Is-sena li għaddiet, Elmushraty kien akkużat ukoll li kkawża ġrieħi gravi lil raġel ieħor. Dan filwaqt li, f’Ġunju ta’ din is-sena, ammetta li kkawża ġrieħi lil xi uffiċjali tal-Pulizija, waqt logħba boxing, fejn kien involut atleta li kien qed iħarreġ hu.

ความคิดเห็น • 5

  • @philipgatt9215
    @philipgatt9215 หลายเดือนก่อน +2

    Allura Dan ghax ma jigiex Depurtat, xqeghdin nistennew li imut xi hadt.

  • @danielcamilleri16
    @danielcamilleri16 หลายเดือนก่อน +2

    Ibatuh lura pajjizu.
    La il Qrati taghna huma bla b###t.

  • @gracebriffa4897
    @gracebriffa4897 หลายเดือนก่อน +1

    Sewwa jamel la il gustizzja thallih jigri barra,

  • @malikak9384
    @malikak9384 28 วันที่ผ่านมา

    يا يما شحال يخلع😮😮😮 وجهو وجه باندي نتاع صح، حتى المالطية عندهم هادو الوجوه😮😮😮😮