FOST L-INTERROGATI DWAR IS-SERQA FIŻ-ŻURRIEQ

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 27 ส.ค. 2023
  • ONE.COM.MT • Erbgħa u għoxrin siegħa wara li ġew arrestati t-tliet persuni allegatament responsabbli għall-hold-up f’ħanut tal-ġojjellerija fiż-Żurrieq, ONE News jista’ jiżvela li l-mara Maltija ta’ 29 sena miżmuma mill-Pulizija hi Donna Borg Sciberras, li diġà għandha preċedenti f’każi oħrajn.
    Anzjan mill-Fgura, li hu sid il-ħanut, għadu qed jissielet għal ħajtu fl-Isptar Mater Dei wara li ġie aggredit b’mod vjolenti u tħalla marbut fuq il-post nhar il-Ġimgħa filgħaxija.
    Aktar kmieni llum, one.com.mt żvela b’mod esklussiv kif il-Pulizija rnexxielha saħansitra ssib id-deheb u l-flus kontanti li nsterqu.
    KITBA: TRISCHIA FALZON / STEFAN BAJADA
    FILMAT: ARKIVJI
    Donna Borg Sciberras ta’ 29 sena hi waħda mill-akkużati, li qed tiġi interrogata b’rabta mas-serqa li seħħet minn ħanut tad-deheb fiż-Żurrieq il-Ġimgħa filgħaxija, u li ħalliet raġel ta’ 67 sena fil-periklu tal-mewt wara li ġie aggredit u marbut mill-ħallelin.
    Għadha mhux magħrufa l-identità taż-żewġt irġiel, li allegatament huma wkoll involuti fil-każ u li, flimkien ma’ Sciberras Borg, ġew arrestati lbieraħ f’binja abbandunata f’Tas-Sliema.
    Borg Sciberras kellha diversi każi preċedenti fil-Qorti.
    Fl-2015, fl-età ta’ 20 sena u f’perjodu li kienet ukoll tqila u bil-vizzju tad-droga, hi kienet intbagħtet sentejn u tmien xhur ħabs wara li ammettiet li serqet eluf ta’ ewro f’ġojjellerija u flus kontanti.
    F’dan il-każ, li hu simili għal dak tal-Ġimgħa, Borg ukoll kienet fil-preżenza ta’ żewġ persuni oħra meta daħlu fid-dar ta’ anzjana ta’ 92 sena.
    F’każ separat, f’Ottubru tal-2019, kienet ukoll ma’ żewġ persuni oħrajn li allegatament attakkaw anzjan ta’ disgħa u sebgħin sena fuq siġġu tar-roti, bl-iskop li jisirquh.
    Hu dan l-istazzjon li qed jiżvela esklussivament din l-informazzjoni erbgħa u għoxrin siegħa wara li t-tliet persuni ġew arrestati waqt li kienu qed jistaħbew f’binja abbandunata f’Tas-Sliema.
    Aktar kmieni, kien one.com.mt li żvela kif il-Pulizija rnexxielha wkoll issib id-deheb u l-ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti li kienu nsterqu.
    Fi stqarrija, il-Pulizija kkonfermat dak li kien ukoll diġà żvela dan l-istazzjon, jiġifieri li l-allegati ħallelin huma żewġt irġiel barranin ta’ 37 u 26 sena u mara Maltija ta’ 29 sena, b’referenza għal Donna Borg Sciberras.
    Hawnhekk intqal kif tard il-Ħadd filgħaxija, il-Pulizija ċċirkondat il-post abbandunat u malli daħlu ġewwa, it-tliet persuni pprovaw jaħarbu, iżda ġew arrestati mill-ewwel.
    Huma qegħdin jinżammu fil-lockup fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana għal aktar stħarriġ, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u l-inkjesta maġisterjali b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.
    B’reazzjoni għal dan il-każ, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Byron Camilleri, saħaq kif “min iwettaq reati bħal dawn se jinqabad u jrid jiffaċċja l-konsegwenzi.”
    Fuq Facebook, il-Ministru Camilleri kiteb li s-soċjetà u l-istat ma jittollerawx aġir bħal dan - ġej minn fejn ġej u jagħmlu min jagħmlu.

ความคิดเห็น • 7

  • @Deephousemusic85
    @Deephousemusic85 10 หลายเดือนก่อน +1

    Helwa e

  • @danielcamilleri16
    @danielcamilleri16 10 หลายเดือนก่อน +1

    Dendluhom rashom l-isfel u haluhom sa kemm ma jihdux nifs.

  • @angelobartolo8344
    @angelobartolo8344 10 หลายเดือนก่อน +1

    Fix Genna ma baqa hat bil bajd

  • @Deephousemusic85
    @Deephousemusic85 10 หลายเดือนก่อน +1

    Ma xjuh tamel l-arja - ZIBEL!

  • @paulpantalleresco7584
    @paulpantalleresco7584 10 หลายเดือนก่อน +1

    Nawguralek Joe fejqan ta malajn

  • @josephinevella292
    @josephinevella292 10 หลายเดือนก่อน

    Ghidila id dahlu wara !

  • @josephinevella292
    @josephinevella292 10 หลายเดือนก่อน

    Ghidila titlaq min aw maghniex xi ridu hmieg bhal din x intaw tistanew !?