JGĦID LI SE JOQTOL LIL MUKA JEKK IPOĠĠUH F’ĊELLA MIEGĦU

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 24 ก.ย. 2020
  • ONE.COM.MT • “Jekk tpoġġuni fl-istess ċella mal-Albaniż noqtlu. Minħabba fih ninsab hawn.”
    Hekk qal Viktor Dragomanski waqt l-interrogazzjoni, skont xhieda tal-Ispettur Saviour Baldacchino mit-Taqsima għar-Reati Maġġuri waqt li kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Viktor Drogomanski mixli wkoll bil-qtil doppju f’tas-Sliema x-xahar li għadda.
    KITBA: EMAN PORTELLI
    FILMAT: ARKIVJI
    “Jekk tpoġġuni fl-istess ċella mal-Albaniż noqtlu. Minħabba fih ninsab hawn.”
    Hekk qal Viktor Dragomanski waqt l-interrogazzjoni, skont xhieda tal-Ispettur Saviour Baldacchino mit-Taqsima għar-Reati Maġġuri waqt li kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Viktor Drogomanski mixli bil-qtil u serq minn fuq Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski.
    L-ispettur Baldacchino qal li marru biex jarrestaw lil Dragomanski f’lukanda f’tas-Sliema u waqt din l-operazzjoni huwa kien isfel u ra li kien hemm raġel li kien ħiereġ mit-tieqa ta’ wara u ħarab minn fuq il-bejt.
    F’din l-istess kumpilazzjoni xehed l-ispettur Colin Sheldon li xehed kif kien hemm diversi xhieda ta’ nies li joqgħodu fi Triq Locker li raw tliet persuni ħerġin mid-dar ta’ Pandolfino u wieħed minnhom kellu basket f’idejh.
    L-ispettur qal li fuq il-post tad-delitt sabu marki tas-saqajn li kienu għadhom friski u ntqal kif Ivor Maciejowski ma kienx liebes deheb. Qal kif dan id-deheb is-soltu kien jinżamm f’kaxxa, iżda din ma nstabitx.
    Sheldon spjega kif il-karozza li ntużat fid-delitt doppju kienet nsterqet minn Triq Nazjo Ellul fl-Imsida fl-erbatax ta’ Settembru ta’ sentejn ilu.
    Intqal ukoll kif Daniel Muka kien interrogat tliet darbiet fil-kwartieri tal-pulizija. Kien Muka li iddentifika lil Viktor Dragomanski minn lista ta’ persuni li jisimhom Viktor u qal li r-raġel huwa mill-Maċedonja ta’ Fuq.
    Imbagħad Dragomanski qal li kien ma’ Daniel Muka u Jesper Kristiansen u ddentifika lil dan tal-aħħar permezz ta’ ritratt. Dragomanski qal mal-pulizija, li hu baqa’ fil-karozza u mar ħdejhom aktar tard.
    “Xejn ma kien ippjanat u mar kollox ħażin”, qal Dragomanski mal-pulizija.
    Xehed ukoll it-tabib mid-Dipartiment tal-Emerġenza Jonathan Joslin fejn spjega li eżamina l-polz ta’ Pandolfino u li dan ma kienx qed jieħu nifs filwaqt li Dr. Mike Spiteri eżamina lil Maciejowski u dan kien iċċertifikat mejjet ukoll fuq il-post.
    Xehed ukoll Clayton Azzopardi, uffiċjal mir-Rapid Intervention Unit li qal li meta daħlu fid-dar ta’ Pandolfino sabu sinjali ta’ taqlib f’kamra fis-sular ta’ fuqu u lemħu salib mal-art mimli dmija.
    Intant l-avukat li deher għal familja Pandolfino talab sabiex il-propjetà tal-koppjatingħata lil qraba.
    Din it-talba ġiet milqugħa mill-Maġistrat Joe Mifsud.

ความคิดเห็น •