ONE NEWS IQATTA’ ‘JUM MAL-PULIZIJA’

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 11 ก.ค. 2024
  • ONE.COM.MT •
    Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta twaqqaf fl-elf tmien mija u erbatax, u din is-sena qed jiċċelebra l-mitejn u għaxar anniversarju. Snin li matulhom ħadem lejl u nhar favur is-sigurtà tal-pajjiż u, fuq kollox, taċ-ċittadin.
    Fl-aħħar snin, il-Korp irreġistra diversi suċċessi - fosthom meta ġie rreġistrat l-inqas numru ta’ serq armat u ħruq ta’ karozzi, minkejja ż-żieda fit-turisti u fil-popolazzjoni.
    F’dan l-anniversarju importanti, ONE News qatta’ jum mal-Pulizija, u ddokumentah f’xandira speċjali li se tixxandar fuq ONE l-Ġimgħa, tnax ta’ Lulju, fid-disgħa ta’ filgħaxija.
    Il-ġurnata bdiet fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana, fejn żorna żewġ Dipartimenti : il-Command and Control Room fejn jidħlu t-talbiet tal-emerġenza, u l-Laboratorju tax-Xjenza Forensika, fejn isiru l-investigazzjonijiet wara li tiġi elevata l-evidenza minn fuq xena ta’ inċident jew reat.
    Il-jum kompla b’dawra mal-kosta Maltija mat-Taqsima tal-Protezzjoni Ambjentali li twettaq diversi spezzjonijiet fuq il-baħar, u osservazzjoni tat-taħriġ speċifiku tal-isparar mill-Ispecial Intervention Unit.
    Inżul ix-xemx għamilnih f’Birżebbuġa mal-uffiċjali tal-Pulizija fil-Komunità, filwaqt li filgħaxija, morna għal rondi bil-mixi u fil-karozzi tal-Pulizija mal-uffiċjali tad-Distrett tal-Belt. Ma’ uffiċjali oħra tal-istess għassa, segwejna fid-detall l-ispezzjonijiet li jsiru fit-toroq matul il-lejl biex jassiguraw is-sigurtà u l-konformità mal-liġi.
    Minn kull taqsima kellimna uffiċjal biex jispjegalna l-ħidma li ssir u dak li esperjenzajna f’din il-ġurnata.
    Għandna wkoll intervista mal-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafà.
    Dan kollu, b’kitba u preżentazzjoni ta’ Trischia Falzon, b’filmati li jaqbdu sal-iċken dettall ta’ Chris Borg u Alex Borg, flimkien mal-muntaġġ mirqum ta’ Jonathan Galea, se jitwassal f’xandira speċjali fuq ONE fid-disgħa ta’ filgħaxija.

ความคิดเห็น •