ESTIŻA L-MIŻURA FL-IMPORTAZZJONI TAL-QMUĦ

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 18 ก.ย. 2024
  • ONE.COM.MT • Wara li ntemmet il-laqgħa tal-Kabinett, il-Prim Ministru Robert Abela wieġeb għal għadd ta’ mistoqsijiet tal-ġurnalisti preżenti. Kien hawn li Dr Abela ħabbar kif il-Gvern kien għadu kif japprova miżura li se tkompli tassisti lill-importaturi tal-qmuħ u ċ-ċereali biex dawn jibqgħu kompetittivi.
    KITBA: NOLAN CAMILLERI
    FILMAT: ALEX BORG
    Il-Kabinett approva miżura li se tkompli tgħin lill-importaturi tal-qmuħ u ċ-ċereali f’pajjiżna.
    Għal dawn l-aħħar snin, wara li faqqgħet il-Gwerra fl-Ukrajna u feġġet kriżi internazzjonali, il-Gvern kien iddeċieda li jissussidja l-importazzjoni taċ-ċereali, l-istess bħalma ġara fuq il-prezzijiet tal-enerġija.
    L-estensjoni tal-miżura tħabbret mill-Prim Ministru Robert Abela waqt li kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti fi tmiem il-Kabinett man-nies f’Dar San Ġużepp, f’Santa Venera.
    ROBERT ABELA
    IL-PRIM MINISTRU
    “Illum nista’ ngħid li, waqt il-Kabinett, approvajna miżura ta’ għajnuna oħra għal dawk li jimportaw il-qmuħ f’pajjiżna. Jiġifieri dik hi għajnuna li forsi ftit tkun magħrufa barra, imma li kieku ma tingħatax, u għajnuna li tammonta għal miljuni, li kieku ma tingħatax ikollok iż-żieda tal-prezzijiet fi prodotti essenzjali.”
    Hawn il-Prim Ministru żied jispjega kif l-iskema ‘Stabbiltà’ diġà rnexxielha tnaqqas l-inflazzjoni f’pajjiżna għal-livelli mixtieqa saħanistra qabel il-miri mbassrin.
    Hu semma wkoll l-iskema li tat stabbiltà fil-prezzijiet tal-enerġija u l-fjuwils, fejn qal li din kienet l-aktar miżura b’saħħitha waqt l-isfidi inflazzjonarji li pajjiżna kien suġġett għalihom b’mod partikolari minħabba l-insularità.
    Il-PM jisħaq biex ħadd ma jieħu vantaġġ mil-libertà tal-espressjoni - title portal
    Fost it-temi li l-Prim Ministru tkellem dwarhom kien hemm dik b’rabta mat-tema tal-libell kriminali.
    Għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, Dr Abela fakkar kif dan kien tneħħa biex jissaħħu l-ġurnalisti, però nnota kif dan il-vantaġġ qed jintuża wkoll minn nies oħrajn li mhumiex ġurnalisti.
    ROBERT ABELA
    IL-PRIM MINISTRU
    “Realtà ta’ klikka żgħira ta’ nies li jippretendu li huma ġurnalisti, imma mhumiex ġurnalisti, li jippretendu li jipprofessaw is-sewwa, imma li għandhom l-aġenda tal-ħażen warajhom. Grupp żgħir ta’ nies magħmul minn interessi differenti, li m’għandhom xejn mis-sewwa u li jużaw pjattaformi onlajn, biex ikissru nies ta’ rieda tajba, nies li lesti jagħtu kontribut fil-politika, nies li lesti jagħtu kontribut fil-ħajja pubblika, l-aġenda tagħhom tkun li jkissru.”
    Hawn Dr Abela tenna kif jaqbel li jidħlu fis-seħħ rimedji kontra min jabbuża b’dan il-mod, filwaqt li tibqa’ tiġi rispettata l-libertà tal-espressjoni.
    ROBERT ABELA
    IL-PRIM MINISTRU
    “Dawn l-attakki personali insensati minn klikka żgħira ta’ nies li għandha aġendi moħbija li m’għandhomx mis-sewwa, għax kieku għandhom mis-sewwa ma jimpurtax, imma li m’għandhomx mis-sewwa u għandhom l-interess uniku li jimbottaw interessi moħbija ’l quddiem u fil-proċess ikissru nies tajbin, is-soċjetà trid tieqfilhom mhux il-Partit Laburista jew il-Prim Ministru, jew il-Partit Nazzjonalista, kulħadd għandu l-interess li jieqfilhom.”

ความคิดเห็น •