GĦAWDEX MIMLI DAQS BAJDA BIL-MALTIN

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 16 ส.ค. 2020
  • ONE.COM.MT • Tul it-tmiem il-ġimgħa li għadda, li matulu ġiet iċċelebrata l-festa pubblika ta’ Santa Marija, l-okkupanza tal-akkomodazzjoni f’Għawdex tas-settur li jiġbor il-farmhouses u l-appartamenti, kienet ta’ tmenin fil-mija.
    Dan filwaqt li sebgħin fil-mija tal-lukandi fil-gżira tat-tliet għoljiet ukoll kienu mimlija.
    Dawn iċ-ċifri juru li minkejja ċ-ċirkostanzi straordinarji li ninsabu fihom, kawża tal-imxija, xorta kienu eluf li qasmu l-fliegu biex igawdu ftit jiem ta’ mistrieħ fil-gżira Għawdxija.
    KITBA: TRISCHIA FALZON
    FILMAT: ARKIVJI
    Għal sena oħra, Għawdex kien mimli daqs bajda bil-Maltin u t-turisti li għażlu lill-gżira tat-tliet għoljiet għall-btala tagħhom fi tmiem il-ġimgħa tal-festa ta’ Santa Marija, anki jekk in-numri kienu inqas mis-soltu minħabba ċ-ċirkostanzi straordinarji li ninsabu fihom bħalissa kawża tal-imxija.
    Joe Muscat, il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu, qal li l-aħħar l-ġranet kienu kkundizzjonati mill-imxija fejn jidħlu t-turisti iżda ma jistax jingħad l-istess għall-Maltin.
    JOE MUSCAT
    KAP EŻEKUTTIV GTA
    “In-numri tat-turisti barranin f’Għawdex kien inqas minn dak tas-snin imgħoddija fejn fi snin preċedenti matul il-ġranet ta’ dan il-perjodu ta’ Santa Marija ma kontx issib akkomodazzjoni vojta f’Għawdex, dan ma kienx il-każ din is-sena. Madanakollu, Għawdex kien u baqa’ destinazzjoni popolari ħafna mal-Maltin. ”
    Fil-fatt, minkejja li d-domanda tas-suq domestiku għall-akkomodazzjoni ma kinitx fuq il-livelli ta’ snin oħra, ħafna Maltin xorta għażlu li jaqsmu l-fliegu għal ftit ħin ta’ mistrieħ.
    JOE MUSCAT
    KAP EŻEKUTTIV GTA
    “Aħna fi stħarriġ li għamilna fost il-membri tagħna, fis-settur tal-lukandi rrappurtawlna li l-okkupanza kienet tvarja bejn is-sittin u s-sebgħin fil-mija f’dawn il-jiem ta’ Santa Marija. Fis-settur l-ieħor għall-akkomodazzjoni f’Għawdex li jiġbor fih il-farmhouses u l-appartamenti, l-okkupanza kienet aħjar u varjat bejn it-tmenin u ħamsa u tmenin fil-mija.”
    Il-vapuri tal-Gozo Channel ħadmu b’servizz ta’ shuttle biex ilaħħqu mad-domanda, bir-raba’ vapur żgur li għen biex kien hemm inqas stennija u telf ta’ ħin.

ความคิดเห็น • 4

  • @joedebattista1533
    @joedebattista1533 3 ปีที่แล้ว +2

    Min jitla ghawdex mignun bil provi

  • @joedebattista1533
    @joedebattista1533 3 ปีที่แล้ว +2

    Tmur ghawdex biex taqla citazzjoni u jisirquk tkunx iblah

  • @sharonsammug9751
    @sharonsammug9751 3 ปีที่แล้ว

    Jien ghalija kulimkien bin nies kull fejn tmur

  • @Anonymous-wb6yj
    @Anonymous-wb6yj 3 ปีที่แล้ว

    Jien ma nafx x imorru jaghmlu! Inkredibbli! Xi trid tara w taghmel differenti!? Xejn!! Poplu mdejjaq!