43 SENA MILL-QTIL POLITIKU TA’ KARIN GRECH

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 10 ก.ย. 2024
  • ONE.COM.MT • Tlieta u erbgħin sena ilu nqatlet Karin Grech, tfajla ta’ ħmistax-il sena li missierha kien qed jagħti servizz mediku lill-pajjiżna.
    Kien qtil politiku hekk kif dikjarat mill-Qorti u sal-lum baqgħet ma saritx ġustizzja.
    KITBA EDWARD MONTEBELLO
    FILMAT ARKIVJI
    Tlieta u erbgħin sena ilu nħasdet ħajjet tfajla ta’ ħmistax-il sena.
    Fil-fjur ta’ ħajjitha, Karin Grech, bint it-Tabib Edwin Grech inqatlet innoċentament permezz ta’ ittra bomba.
    Kien fit-tmienja u għoxrin ta’ Diċembru tal-elf disa’ mija sebgħa u sebgħin, fl-eqqel ta’ strajk tat-tobba, li l-Professur Edwin Grech ma obdiex u baqa’ jagħti servizz lill-pazjenti, li Karin Grech inqatlet.
    F’darha, Karin kienet fetħet pakkett imgeżwer f’karta tar-rigali tal-Milied.
    Ħdejha kien hemm ħuha Kevin.
    Ftit wara li fetħet il-pakkett, il-bomba li kien hemm splodiet.
    It-tfajla kienet ittieħdet l-isptar San Luqa iżda sfortunatament mietet ftit minuti wara.
    Hija kienet ġarrbet ħruq estensiv.
    F’quddiesa tal-funeral ikkonċelebrata mill-Arċisqof ta’ dak iż-żmien, Monsinjur Mikiel Gonzi kien sejjaħ dan l-att barbaru bħala l-ewwel attakk terroristiku fil-pajjiż.
    Għall-funeral kbir li kien sar kienu bosta li attendew
    Dakinhar tal-qtil ta’ Karin Grech, it-tabib Paul Chetcuti Caruana, li mbagħad kien deputat Laburista, kien irċieva pakkett b’ittra bomba iżda fortunatament il-bomba ma ħaditx.
    Il-każ tal-qtil ta’ Karin Grech baqa’ ma kienx solvut iżda l-Qorti kienet iddikjarat li dan kien qtil politiku.
    Xi ħaġa li Gvern Nazzjonalista, li kien ordnat jagħti kumpens lill-familja Grech, ma qabilx li kien qtil politiku.
    Il-Qorti kienet tat kumpens ta’ ftit aktar minn erba’ mitt elf ewro iżda l-ħajja ta’ bniedem ma fiha l-ebda prezz.
    L-ebda kumpens ma seta’ jagħti s-serħan lill-familja Grech li tilfet tfajla għażiża għaliha.
    Aktar minn erba’ deċenji wara, il-ġustizzja għadha ma saritx.
    Lil Karin ma ninsewhiex.

ความคิดเห็น •