45 SENA MILL-QTIL TA’ KARIN GRECH

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 16 ก.ย. 2024
  • ONE.COM.MT • Bħal llum 45 sena, Karin Grech, bint it-Tabib Edwin Grech inqatlet innoċentament permezz ta’ ittra bomba.
    Dan l-avveniment jibqa’ mmarkat bħala ġurnata sewda fl-istorja ta’ pajjiżna anke fid-dawl tal-fatt li baqa’ ma ġiex solvut sal-ġurnata ta’ llum.
    Il-Qorti Maltija kienet iddikjarat dan il-qtil bħala wieħed politiku.
    KITBA: SAMUEL LUCAS
    FILMAT: ARKIVJI
    It-28 ta’ Diċembru tal-1977, 45 sena ilu, jibqa’ mmarkat bħala ġurnata sewda fl-istorja ta’ pajjiżna.
    Karin Grech, tfajla ta’ ħmistax-il sena u bint it-Tabib Edwin Grech inqatlet innoċentament permezz ta’ ittra bomba. Każ li baqa’ ma ġiex solvut sal-ġurnata ta’ llum, bil-Qorti tiddikjarah bħala qtil politiku.
    F’dan iż-żmien, f’pajjiżna kien għaddej l-istrajk tat-tobba, li l-Professur Edwin Grech ma mexiex miegħu u baqa’ jagħti servizz lill-pazjenti.
    Fi żmien ta’ festi, fid-dar tiegħu, il-Professur Grech irċieva pakkett imgeżwer f’karta tar-rigali tal-Milied.
    Hawnhekk kienet Karin li fetħet il-pakkett u ftit wara l-bomba li kien hemm splodiet.
    It-tfajla ta’ ħmistax-il sena ttieħdet l-Isptar San Luqa, iżda sfortunatament mietet ftit wara.
    Waqt li ngħatat l-aħħar tislima lil Karin, l-Arċisqof ta’ dak iż-żmien, Monsinjur Mikiel Gonzi ddeskriva dan il-qtil bħala l-ewwel attakk terroristiku f’Malta.
    Dakinhar tal-qtil ta’ Karin Grech, it-Tabib Paul Chetcuti Caruana kien irċieva wkoll pakkett b’ittra bomba, iżda fortunatament din ma ħaditx.
    L-Erbgħa filgħodu, il-Prim Ministru Robert Abela fakkar fil-memorja ta’ Karin Grech u tenna li ma hi ser tintesa qatt.

ความคิดเห็น • 1

  • @danielcamilleri16
    @danielcamilleri16 ปีที่แล้ว

    RIP . QATLUK U HADD GHADU MA GIE ARRESTAT. DARBA KIEN HEMM WIEHED LI QAL LI JAF MINN QATLEK.
    U QATT MA RESQUH QUDDIEM IL GUZZDIZZJA.