JINGĦALQU L-INKJESTI DJOĊESANI TAL-KOPPJA CASOLANI

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 5 ก.ค. 2024
  • ONE.COM.MT •
    Ilbieraħ, waqt quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta, ġew fl-għeluq tagħhom l-inkjesti djoċesani għall-kawżi tal-beatifikazzjoni u l-kanonizzazzjoni tal-koppja Henry u Inez Casolani. Insegwu aktar fis-servizz li jmiss.
    JINGĦALQU L-INKJESTI DJOĊESANI TAL-KOPPJA CASOLANI
    Ġew fi tmiemhom l-inkjesti djoċesani għall-kawżi tal-beatifikazzjoni u l-kanonizzazzjoni tal-koppja Henry u Inez Casolani. B’dan ifisser li din hi l-ewwel koppja lajka Maltija li ngħalaq il-proċess djoċesan għall-kawża tal-beatifikazzjoni u l-kanonizzazzjoni tagħhom.
    Id-dokumentazzjoni u x-xhieda li nġabru mill-2015 f’dawn iż-żewġ inkjesti, issa se jintbagħtu Ruma sabiex id-Dikasteru tal-Kawżi tal-Qaddisin fi ħdan is-Santa Sede jeżamina l-informazzjoni miġbura dwar il-ħajja qaddisa u l-fama tal-qdusija ta’ din il-koppja.
    Il-Postulatur li kkordina l-ħidma fuq iż-żewġ kawżi kien Patri Josef Sciberras, filwaqt li x-xhieda ġiet miġbura minn membri tat-Tribunal Metropolitan.
    Il-Ġimgħa filgħaxija sar ir-rit tal-għeluq tal-inkjesti u quddiesa, li tmexxiet mill-Arċisqof Charles Scicluna. B’din saret fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta, l-istess knisja li fiha, Henry u Inez Casolani, iżżewġu 80 sena ilu.
    Fost il-mistiedna preżenti għall-għeluq tal-inkjesti kien hemm il-President Myriam Spiteri Debono, l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona, u Cecilia Casolani, bint il-koppja Casolani u llum hi s-Superjura ta’ Dar Sagra Familja f’Ħaż-Żabbar.

ความคิดเห็น •