L-EWWEL BIJOGRAFIJA XJENTIFIKA DWAR IL-PERIT DUMINKU MINTOFF

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 10 ก.ย. 2024
  • ONE.COM.MT •
    Mill-ġimgħa d-dieħla, minn fuq is-sit tal-SKS, tista’ tikseb il-bijografika xjentifika ta’ Mintoff mill-pinna ta’ Patri Mark Montebello għal prezz ridott.
    Din il-bijografija imbagħad se tibda tinbiegħ mill-ħwienet tal-kotba mill-bidu tax-xahar id-dieħel.
    Insegwu.
    KITBA: NOLAN CAMILLERI
    FILMAT: DARREN PARNIS / ARKIVJI
    Patri Mark Montebello għadu kif nieda l-bijografija xjentifika bit-titlu The Tail that Wagged the Dog: The life and struggles of Dom Mintoff dwar l-eks-Prim Ministru u Mexxej Laburista, il-Perit Duminku Mintoff.
    Il-bijografija ta’ madwar sitt mitt paġna, hija l-ewwel tax-xorta tagħha dwar il-Perit Mintoff u tagħti ħarsa fid-dettal tal-ħajja ta’ dan il-ġgant fil-politika.
    Din il-bijografija ma tieqfax biss mal-aspett politiku fil-ħajja tal-Perit Mintoff iżda tidħol ukoll fil-ħajja personali li mhux daqstant hija magħrufa.
    SOT 1 - MARK MONTEBELLO (12 secs)
    AWTUR TAL-BIJOGRAFIJA
    “Ħafna nies jafu ħafna affarijiet fuq il-Perit Mintoff, imma ma daħlux la fil-fond u lanqas ma jaraw il-ħajja tiegħu fil-firxa kbira tagħha, dan qed nitkellmu fuq mitt sena.”
    Il-bijografija li bdiet tiġi riċerkata lura fl-2013 saret kollha minn sorsi primarji fosthom intervisti mal-qraba ta’ Duminku Mintoff.
    L-awtur Mark Montebello innota l-fatt li l-ħajja fil-politika tal-Perit Mintoff seħħet tul il-Gwerra Bierda kollha. Dan il-fatt jagħmel il-karriera politika tiegħu aktar interessanti fi żmien ta’ turbulenzi politiċi internazzjonali.
    MARK MONTEBELLO
    AWTUR TAL-BIJOGRAFIJA
    “Dan huwa żmien interessanti, għanndek persuna kumplessa ħafna u interessanti ħafna biex tidħol fil-moħħ tagħha fi żmien tant kumpless, tant kumplikat u f’Malta li qeda titwieled mill-ġdid fl-istat modern tagħha.”
    Id-Direttur Eżekuttiv tal-pubblikaturi SKS Joe Borg innnota kif lura fl-2012 Patri Montebello kien magħżul minn għadd ta’ kandidati għal kitba ta’ din il-bijografija. Qal ukoll li Montebello kellu aċċess għall-arkivji u dokumenti interni tal-Partit Laburista.
    Il-bijografija tista’ tinkiseb mis sit ta’ SKS jew mill-ħwienet tal-kotba mill-bidu ta’ Lulju.

ความคิดเห็น • 1