“ĦASSEJT QALBI ĦIERĠA” - DAK LI TELLA’ L-BANDIERA MALTIJA FIL-ĦELSIEN

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 16 ก.ย. 2024
  • ONE.COM.MT •
    Fis-servizz li jmiss se nitkellmu ma’ eks ħaddiem tat-tarzna li dakinhar tal-Ħelsien tella’ l-bandiera Maltija.
    Huwa rrakkonta l-emozzjonijiet li ħass dakinhar.
    KITBA: EMAN PORTELLI
    FILMAT: ALEX BORG / ARKIVJI
    ALFRED XUEREB
    TELLA’ L-BANDIERA MALTIJA FIL-ĦELSIEN
    “Dak il-ħin meta tellajt il-bandiera Maltija jien u rajt dawn in-nies kollha, ħassejt qalbi ħierġa.”
    Alfred Xuereb, eks ħaddiem tat-tarzna, tella’ l-bandiera Maltija fuq l-Għolja tal-Ħelsien fil-Birgu dakinhar tal-wieħed u tletin ta’ Marzu tal-elf disa’ mija disgħa u sebgħin.
    Erbgħa u erbgħin sena minn din il-kisba storika, Alfred Xuereb irrakkonta magħna kif huwa sar jaf li se jtella’ l-bandiera Maltija f’dan il-jum storiku tlett ijiem qabel.
    Qal li mar għal jum ta’ ħidma normali fit-tarzna u bagħat għalih ta’ fuqu.
    ALFRED XUEREB
    TELLA’ L-BANDIERA MALTIJA FIL-ĦELSIEN
    “Qalli nhar il-Ħadd inti se ttella’ l-bandiera Maltija fuq l-Għolja tal-Ħelsien, qalli tgħidx xejn le, inti. Jiena għedt proset, ħadt pjaċir. L-ewwel ħasadni, għax ma kontx naf biha, ħa ngħidu hekk, qalli xejn għalik. Qalli issa ħa jiġi l-vann li ħa jieħdok Manoel Island, hemm il-ħajjata ħa jagħmlulek boiler suit u qalli jtuni x’għandek bżonn.”
    Irrakkonta kif is-Sibt, ftit sigħat qabel iċ-ċerimonja, huwa ntalab imur għall-provi ħdejn l-Għolja tal-Ħelsien.
    ALFRED XUEREB
    TELLA’ L-BANDIERA MALTIJA FIL-ĦELSIEN
    “Ġie Mintoff insomma, beda jara u jgħidilna dik mhux hekk. Bdew ifarfru r-rampa, le, ħalluha kif inhi, biex ġibna l-Ħelsien tgħidx kemm batejna.”
    L-anzjan irrakkonta kif Mintoff ried li dakinhar tal-Ħelsien, kollox imur sew, tant li beda jgħidilhom hu x’għandhom jagħmlu waqt il-provi.
    ALFRED XUEREB
    TELLA’ L-BANDIERA MALTIJA FIL-ĦELSIEN
    “Ġie lili qalli isma’ daħħal il-boiler suit fil-boots, xammar il-boots, u lill-ieħor lil Boxall qallu inti aqta’ xagħrek u nsomma minn dawn l-affarijiet.”
    Irrakkonta kif Mintoff stieden lill-ammiral Ingliż, iżda qalilhom biex ma jilbsux l-uniformi.
    F’din iċ-ċerimonja, baħri Ingliż niżżel il-Union Jack u wara ttellgħet il-bandiera Maltija minn Alfred Xuereb u ndaqq l-innu Malti.
    ALFRED XUEREB
    TELLA’ L-BANDIERA MALTIJA FIL-ĦELSIEN
    “Kienet kesħa u riħ, però n-nies xorta ġew, kien ippakkjat sa fuq, tgħidx kemm ġew nies. Kien hemm George Agius u Mintoff xegħlu l-fjakkola u nsomma wara telgħu bil-bukkett tal-fjuri, konna għandna hemm fuq aħna.”
    Dak li seħħ fil-wieħed u tletin ta’ Marzu ta’ erbgħa u erbgħin sena ilu nkiseb wara triq twila.
    Dan hekk kif fl-indipendenza, il-Gvern Malti ffirma ftehim ta’ difiża mal-Gvern Ingliż għal perjodu ta’ għaxar snin.
    Malli telgħa l-Partit Laburista fil-Gvern, bdew in-negozjati mal-Gvern Ingliż biex issir reviżjoni tal-ftehim tad-difiża.
    F’Marzu tal-elf disa’ mija tnejn u sebgħin (1972), il-Gvern Malti ffirma ftehim mal-Gvern Ingliż biex sal-aħħar ta’ Marzu tal-elf disa’ mija disgħa u sebgħin (1979) jitilqu darba għal dejjem minn pajjiżna.
    F’dan il-perjodu ta’ seba’ snin, l-Ingliżi ntrabtu li jħallsu t-tripplu minn dak li nnegozzja Gvern Nazzjonalista fl-Indipendenza.

ความคิดเห็น • 1

  • @carmelagrech2485
    @carmelagrech2485 ปีที่แล้ว

    Rikordju sabieh. Kemm adds iz zmien,44 sena.