BODYGUARD TA’ BERNARD GRECH B’REKORD KRIMINALI

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 9 ก.ย. 2024
  • ONE.COM.MT • Il-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech qed ikun imdawwar b’bodyguard b’rekord kriminali.
    Dan il-bodyguard imblokka lill-ġurnalist ta’ ONE News milli jagħmel mistoqsijiet lil Bernard Grech dwar is-saga tiegħu fil-ħlas tat-taxxa u tal-VAT.
    Il-bodyguard Kurt Gatt kien instab ħati fuq frodi.
    KITBA ONE NEWS
    FILMAT ARKIVJI
    Il-kandidat tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil għal Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech qed ikun imdawwar b’nies u bodyguard b’rekord kriminali.
    Jgħinuh fil-kampanja hemm nies li kienu qrib l-eks Ministru Nazzjonalista Austin Gatt, konferma li Bernard Grech huwa l-kandidat tal-establishment.
    Wieħed mill-bodyguards li mblukka lill-ġurnalist ta’ ONE News il-Ġimgħa filgħaxija f’San Ġiljan meta kienet hemm anki bodyguard ieħor li mbotta lill-istess ġurnalist, huwa Kurt Gatt.
    Kurt Gatt huwa persuna qrib ħafna tal-klikka ta’ Simon Busuttil u Austin Gatt.
    Issa Kurt Gatt tqabbad minn Bernard Grech sabiex ikun il-bodyguard tiegħu u żamm lil crew ta’ ONE News milli jagħmel xogħlu, tant li f’post pubbliku mblokka milli dan l-istazzjon jagħmel mistoqsijiet pertinenti fuq is-saga tat-taxxa u tal-VAT marbut ma’ Bernard Grech.
    BERNARD GRECH
    KANDIDAT GĦAL KAP TAL-PN
    “Id-deputati tiegħek... le le mhux nimbuttak, qed jimbuttawni minn wara, id-deputati li kienu miegħek... mhux nimbuttak, qed jimbuttawni minn wara. Għandi l-mistoqsijiet, ħa taħrab mill-ġurnalist? Qed taspira li tkun Kap tal-Oppożizzjoni inti, qed taħrab mill-mistoqsijiet tal-ġurnalisti. Ġejna hawnhekk biex insaqsu l-mistoqsijiet.”
    Nies qrib il-Partit Nazzjonalista qalulna li Kurt Gatt mhux l-ewwel darba li nfexx jgħajjar uffiċjali tal-pulizija.
    Saħansitra kien jgħid lill-pulizija li lilu ħadd ma jagħmilu xejn għax hu dejjem ikun ma’ avukat.
    Fil-fatt l-istess nies fil-Partit Nazzjonalista qalulna li Kurt Gatt dejjem ikun mal-klikka tal-establishment Nazzjonalista fosthom anki Chris Said, li issa huwa fost l-esponenti ewlienin li qed jimmuntaw il-kampanja ta’ Grech.
    Kurt Gatt tressaq il-Qorti diversi drabi, mixli b’akkużi fuq frodi.
    Fl-2010 huwa, Kurt Gatt mill-Pietà weħel sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li nstab ħati li uża cheque book misruq u xtara numru t’affarijiet fosthom għasafar eżotiċi, deheb, fwieħa u alkoħol.
    Fl-2002 huwa kien ammetta wkoll li ffalsifika ċekkijiet tal-Bank of Valletta u kien ingħata l-libertà bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tmintax-il xahar.
    Intant nhar il-Ġimgħa filgħaxija, ma’ Bernard Grech bħala bodyguards kien hemm ukoll l-eks Supretendent tal-Pulizija Paul Vassallo.
    Dan tal-aħħar huwa magħruf għal-lealtà tiegħu lejn il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, fosthom lejn Jason Azzopardi.
    Fl-elfejn u sittax, Vassallo kien ġie ordnat iħallas għal danni li għamel meta mar jarresta wieħed f’barriera, bl-arrest kien ġie deskritt bħala wieħed abbużiv.

ความคิดเห็น • 6

  • @clintscicluna1852
    @clintscicluna1852 4 ปีที่แล้ว +1

    Nies kumidjanti kolla

  • @Gliese182evo
    @Gliese182evo 4 ปีที่แล้ว +1

    Mela Bendu froda l-gvern f'taxxi u l-bodyguard froda n-nies.

  • @GiovdeMartino
    @GiovdeMartino 4 ปีที่แล้ว +1

    SE JTIHOM TAL-QAMAR DAWN IL-MAFJUZI

  • @noelmangion2157
    @noelmangion2157 3 ปีที่แล้ว

    Mur sib grieg jaqsmekkkk