IL-BEGIGGA TAL-BIRGU B’DIFFERENZA

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 11 เม.ย. 2020
  • ONE.COM.MT • U fost tradizzjonijiet tal-Għid li din is-sena saru b’differenza, hemm ukoll il-Begigga tal-Birgu, li mat-tokki tad-disgħa ta’ Sibt il-Għid xorta dwiet mat-toroq tal-belt rebbieħa.
    Naraw.
    KITBA: E.MONTEBELLO/ K.PEPLOW
    FILMAT: A. BORG/ S. CUCCIARDI
    Mat-tokki tad-disgħa ta’ filgħaxija f’Sibt il-Għid, fil-Birgu saret il-begigga, tradizzjoni antika fil-belt rebbieħa.
    Ftit wara li fil-Knisja tiġi intunata l-‘Hallelujah’, is-sinjal li Kristu qam mill-imwiet, b’mod spontanju, il-Ġirbin joħorġu jdoqqu fil-pjazzez u jagħmlu kull storbju.
    Din is-sena, minħabba l-pandemija, il-begigga saret xorta iżda b’differenza.
    Persuna waħda ħarġet f’misraħ ir-rebħa tgħajjat u ddoqq u n-nies ħarġu fil-gallariji jdoqqu u xegħlu d-dwal.
    Ma’ ONE News l-istoriku George Agius spjega li din nibtet ftit qabel il-Gwerra meta’ t-tfal ta-Birgu kienu ħarġu jkantaw u jdoqqu t-tanbur wara l-quddies ta’ Sibt il-Għid.
    GEORGE AGIUS
    STORIKU
    It-tradizzjoni antika ġġeddet f’sibt il-għid bid-daqqijiet tal-ħornijiet u anki min ta fuq il-borom biex iżomm din it-tradizzjoni ħajja anki f’dawn iċ-ċirkostanzi waqt l-imxija tal-Coronavirus.

ความคิดเห็น •