Kellymni: Episodju 24 - Keith Demicoli

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 27 ก.ย. 2024
  • Melanie Kelly titkellem ma' Keith Demicoli wiċċ li żgur m'għandu bżonn ta' ebda introduzzjoni. Wiċċ maħbub immens, b'karattru umli li n-nies dejjem uriet rispett lejh u appoġġjatu f'dak kollu li jagħmel. Raġel onest u jitkellem b'sinċerità kbira. M'hemmx pretenzjonijiet miegħu. Hu jitkellem fuq diversi aspetti minn ħajtu li għamlu lil Keith min hu llum il-ġurnata.
    Ma kellux tfulija faċli u tista' tgħid fiż-żgħożija ltaqa' ma' sfida oħra wkoll iżda għaraf li jkun matur f'kull sitwazzjoni li sab ruħu fiha. Forsi mhux daqstant faċli iżda meta persuna jkun ġarrab ċerti esperjenzi, dawk l-esperjenzi jgħinuk tikber, jgħinuk tieħu ċerti deċiżjonijiet u jgħinuk issib it-triq tiegħek.
    Keith jitkellem dwar bintu, ir-relazzjoni li kellu ma' ommha li ma ħadmitx u dwar il-karriera tiegħu. Hu jsemmi x'wassal għal din il-bidla fil-karriera u dak li jemmen fih eżattament! Permezz ta' Kellymni ħa taraw lil Keith fuq in-naħa l-oħra tal-mikrofonu. Ħa ssiru tafuh aħjar u ħa tkunu tistgħu tirrelataw ukoll ma' dak li jgħid!
    Miġjub lilkom minn Mercedes-Benz Malta | La Molisana Malta | Amrita Footcare & Wellness Centre | Valletta Glass
    #kellymni #gwida #podcast #podcasttagwida #malta #KeithDemicoli

ความคิดเห็น • 11