Kellymni: Episodju 23 - Angie Laus
ฝัง
- เผยแพร่เมื่อ 9 ก.พ. 2025
- Melanie Kelly titkellem ma' Angie Laus dwar diversi aspetti mill-ħajja tagħha, titkellem dwar ix-xogħol, il-missjoni, l-imħabba lejn il-Eurovision, il-problemi tas-saħħa li għaddiet minnhom u kif rebħet fuq ċerti sfidi. Angie titkellem tassew b'onestà dwar dak li għaddiet minnu tul is-snin, fejn anke spiċċat fil-mira ta' kummenti ħorox u xejn sbieħ fil-konfront tagħha minn nies li ma tafhomx.
Angie tirrakkonta l-weġgħat li għaddiet minnhom minħabba l-missjoni, iżda l-weġgħat kienu sforz l-imħabba kbira li kienet qed toffri. Weġgħat li tgħallmet minnhom u tipprova taqsam l-esperjenzi tagħha sabiex kull min hu mħajjar għal din il-missjoni, jitgħallem hu wkoll. Temmen li l-missjoni hi xi ħaġa li kull bniedem għandu jesperjenza minħabba li tkabbrek bħala persuna.
Hi titkellem dwar l-imħabba li għandha lejn il-Eurovision u kif dejjem kienet il-ħolma tagħha li tippreżenta dan l-ispettaklu. Ħolma li dawk qribha kienu jafu kemm kienet tixtieqha u tistqarr li meta tista' tgħid qatgħet qalbha li kapaċi ssir reali, din il-ħolma saret realtà. Hi titkellem dwar il-festival lokali u l-fatt li kulħadd kellu xi ħaġa xi jgħid minħabba li ma kienx hemm udjenza.
Grazzi għal Kellymni ħa taraw lil Angie f'lenti differenti minn kif tafuha ssoltu. Ħa tapprezzaw il-ġenwintà tagħha u l-karattru mill-isbaħ tagħha. Nemmnu li permezz ta’ Kellymni se jkollhom iċ-ċans li ssiru tafu lil Angie aħjar.
Miġjub lilkom minn Mercedes-Benz | La Molisana | Amrita Footcare Wellness Centre
#kellymni #gwida #podcast #podcasttagwida #malta #AngieLaus
Proset both of you are beautiful 😊
Inti mara verament specjali,ta' qalbi kbira.
Angie you are a beautiful soul .God bless you. Hugs xx
Prosit 😊😊
Proset Angie, u Mel ukoll… podcast sabih hafna
What language is it?
Maltese en.wikipedia.org/wiki/Maltese_language
@@nekoyokoshima4199 Thanks. It sounds weird
How can I give ?
Jiena dejjem najd bhal angel li it tfal xhin jigu teenengers jitilaw ma ta l iskola u bek japrezaw hafna izjed
Vera hadt gost nisimaw l Mulej ikompli ibierkek
Kelly kemm int sexy
M'ghandekx iktar xi tghid fuq Kelly? Kull video li nara dejjem l-istess kumment.
Ghax ma tghidx kemm qed tghin nies billi ggib hafna personalitajiet differenti jaqsmu l-esperjenzi taghhom? Kemm hi great listener? Kemm hi intelligenti?
Mara sabiha fine, imma ghandha iktar kwalitajiet sbieh zgur.