05 - Di u Do - Il-Klassi
ฝัง
- เผยแพร่เมื่อ 8 พ.ค. 2024
- Kunċett: Edu-Aide International
Kitba tal-iskript u tal-lirika: Laura Buhagiar u Nikki Demajo Albanese
Il-kreattivi: Laura Buhagiar u Nikki Demajo Albanese
Direttur tal-istampa: Matthew Muscat Drago
Reġistratur tal-awdjo: Mark Dingli
Produzzjoni: Il-Kunsill Malti għall-Arti u l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu
Il-Klassi - Lirika
F'din il-klassi, hawn is-sbuħija,
mimlija tfal, ġugarelli u maġija.
Importanti li nżommuha nadifa,
tul ir-rebbiegħa, ix-xitwa u l-ħarifa.
Kuluri differenti ma' kull ħajt,
l-isbaħ stampi li stajt qatt rajt.
Ħsejjes u attivitajiet ta' kull tip,
xi ħaġa x'titgħallem żgur issib.
Importanti li nħobbu l-klassi,
kemm fil-maltemp u kemm fil-bnazzi!