Franklin Calleja ft. Ekklesia Sisters - Ninni Ġesu' Bambin

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 19 ก.ย. 2024
  • Franklin Calleja flimkien ma' Ekklesia Sisters bis-sehem ta' Florence Aquilina u George Curmi l-Puse'.
    Lirika - Etienne Micallef
    Kompożizzjoni - Gilbert il-Bibi Camilleri
    Arranġament Mużikali - Dominic Cini
    Direzzjoni Artistika - Marie-Clare Sammut (Emotive Media)
    Direzzjoni Viżwali - Chanelle Demicoli (Emotive Media)
    Filmati u Muntaġġ - Emotive Media
    Rigger - Martina Catania
    Ħajr - Patrijiet Kappuċċini Kalkara, Screen Salons Malta, HSBC, Tal-Lira, The Voice Lab, Centrecom, Logografix, El Catalan, Ellaire's House of Beauty, Gram Collections, Pardi.

ความคิดเห็น • 10

  • @TonioBonello
    @TonioBonello ปีที่แล้ว +4

    Prosit, ftit talent hekk għandna bżonn f'dan il-Milied, mhux kollox sar flus, flus, flus. God bless you all. t xx

  • @KeithZammit_Lyricist
    @KeithZammit_Lyricist ปีที่แล้ว +4

    Prosit lil kull min ta' sehemu f'din il-kanzunetta. 👍👏👏👏

  • @johnpace7174
    @johnpace7174 ปีที่แล้ว

    Wonderful arrangement, thank you for sharing and God Bless.

  • @francescagauci7841
    @francescagauci7841 ปีที่แล้ว +4

    Wow x'talentttt! Prosit kbira lil kulħadd! :)

  • @rominapericiferrante7528
    @rominapericiferrante7528 ปีที่แล้ว

    Love it!

  • @ritaborg9287
    @ritaborg9287 ปีที่แล้ว +1

    Love it! amazing arrangement

  • @etiennemicallef13
    @etiennemicallef13 ปีที่แล้ว +3

    Ninni la tibkix iżjed
    Ninni Ġesù Bambin
    Ħallih għalina l-biki
    Għax aħna midimbin
    Iftħu qalbkom għall-Mulej
    Twieled f’Betlem il-Feddej
    Il-Verb tnissel għammar fostna
    Jibqa’ magħna għal li ġej
    O x’misteru dan tal-għaġeb
    Mhux ta’ b’xejn l-anġli kantaw
    Sliem fuq l-art u glorja ‘l Alla
    Ejja lilu naduraw
    Ninni la tibkix iżjed
    Ninni Ġesù Bambin
    Ħallih għalina l-biki
    Għax aħna midimbin
    Ejjew ejjew ja anġli
    Mis-sema mija mija
    Araw lil min ħalaqkom
    Bambin ġewwa l-fisqija
    It-tronn tiegħu l-maxtura
    Flok palazz twieled ġo għar
    Fid-dawl jgħammex minn tal-kewkba
    Il-miraklu kbir kien sar
    Ħallu qalbkom tkun il-grotta
    Fejn jitwieled il-Bambin
    Jekk iħabbat dlonk iftħulu
    Mingħajr ebda telf ta’ ħin
    Ninni la tibkix iżjed
    Ninni Ġesù Bambin
    Ħallih għalina l-biki
    Għax aħna midimbin
    Ejjew ejjew ja anġli
    Mis-sema mija mija
    Araw lil min ħalaqkom
    Bambin ġewwa l-fisqija
    Ninni la tibkix iżjed
    Ninni Ġesù Bambin
    Ħallih għalina l-biki
    Għax aħna midimbin
    Ninni la tibkix iżjed
    Ninni Ġesù Bambin
    Ħallih għalina l-biki
    Għax aħna midimbin
    Ejjew ejjew ja anġli
    Mis-sema mija mija
    Araw lil min ħalaqkom
    Bambin ġewwa l-fisqija

  • @paulineghigo7439
    @paulineghigo7439 9 หลายเดือนก่อน

    Prosit Franklyn u prosit lil cellist;)