Andrew Azzopardi on RTK103 | 13 ta' Lulju

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 11 ก.ค. 2024
  • Liema direzzjoni qed jieħu dan il-pajjiż?
    Dan diskuss waqt il-programm Andrew Azzopardi on RTK 103 bil-parteċipazzjoni tal-eks ewroparlamentari Laburista Cyrus Engerer, l-Assistant Editur ta’ The Times of Malta Mario Xuereb u l-eks kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew James Ryder u Dr Miriana Testaferrata do noto.
    Suġġetti oħra diskussi:
    Għandu jkollu aktar snien l-Uffiċċju tal-Ombudsman? Intervista mal-Ombudsman, l-Imħallef Emeritu Joseph Zammit McKeon
    Is-saħħa pubblika tinteressana? Intervista ma’ Prof. Charmaine Gauci, Supretendent tas-Saħħa Pubblika
    L-industrija tal-films Maltin ipparalizzata? Diskussjoni mal-President tal-Malta Entertainment Industry and Arts Association (MEIA) Maria Galea u l-produttur tal-films Matthew Maggi
    L-Imsida Creek jista’ jkun protip ta’ żvilupp sostenibbli jew mhux sostenibbli? Intervista mal-President tal-Kamra tal-Periti Andrè Pizzuto
    Andrew Azzopardi on RTK103 jixxandar is-Sibt bejn id-9am u 12pm fuq RTK103 u Newsbook.com.mt.

ความคิดเห็น • 1

  • @sebastianvella8992
    @sebastianvella8992 19 วันที่ผ่านมา +1

    Skont il-ġenjologu (espert fil-kunjomijiet) Joe Borg sal-2010 85% tal-Maltin kellhom kunjom li kien diġa jeżisti fil-Lista tad-Dejma tal-1419. Dan ifisser li f'sitt mitt sena kienu biss 15% tal-Maltin li żdiedu, dak ifisser żieda minima ta' 2.5 % kull seklu. Dawn żdiedu l-aktar wara l-Assedju l-Kbir, fil-bidu tas-seklu Tmintax u fiż-żmien l-Ingliżi. Dawn kienu tista' tgħid kollha Kattoliċi għax anki l-kunjomijiet ta' oriġini Inġliża kienu jkunu jew Kattoliċi Irlandiżi jew n-nisa kienu jgħidulhom biex isiru Kattoliċi u jrabbu l-ulied Kattoliċi. La darba dawn kienu Kattoliċi kull ma jkun fadal huwa li f'ġenerazzjoni huma jew uliedhom jitkellmu bil-Malti. Dan ifisser li Malta qatt ma kien hawn multi-kulturaliżmu għajr fl-aħħar 15-il sena u din saret l-ewwel bl-imigrazzjoni illegali, wara bir-refuġjati tas-Sirja u l-Libja u wara 2014 biex tkabbar l-ekonomija. Meta kont żgħir jien u l-ħabib tiegħi Mario Xuereb li huwa sena iżgħar minnhi ma kienx hemm tfal ta' ġilda sewda, Musulmani, Hindu, Ċiniżi, Buddisti, Ateji, Fillipini jew Kolombkjani fil-klassijiet. L-anqas meta bdejt ngħallem fl-1999 ma kien jkun hemm aktar minn tnejn jew tlieta fi skola sħiħa. Issa certi skejjel għamndhom bejn 25% u 33 % tal-istudenti mhux imwielda Malta jew tfal Musulmani imwielda minn refuġjati. Li l-ħabib tiegħi Mario jgħid li dejjem kien hawn multi-kulturaliżmu huwa żbaljat u l-gażżetta li tagħha sar assistent direttur il-ġimgħa l-oħra ippublikat artilku minn espert ġenetiku fejn sostna li Malta hawn ħafna mard ereditarju għax niġu minn xulxin li jipprova li l-multi-kulturaliżmu huwa ta' orġini reċenti u għalhekk li ħafna nies huma kontra tiegħu għax sar f'daqqa, b'mod mgħaġġel u aggressiv u qiegħed jolqot ħażin l-aktar il-faxxa baxxa tal-ħaddiema.