SERBI AKKUŻATI B’ARGUMENT FIS-SWIEQI

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 9 ก.ย. 2024
  • ONE.COM.MT • Se ngħaddu issa għall-aħbarijiet mill-awli tal-Qorti, fejn, fost l-oħrajn, żewġ Serbi ġew mixlijin b’involviment tagħhom fl-argument li seħħ quddiem ir-residenza tagħhom fis-Swieqi.
    KITBA: RUSLANA BARBARA
    FILMAT: ALEX BORG
    Żewġ Serbi ta’ 33 u 32 sena, residenti s-Swieqi, ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara li tressqu l-Qorti mixlija b’involviment f’argument ma’ żewġ Ukreni fl-istess lokalità.
    L-argument seħħ matul il-lejl, bejn is-Sibt u l-Ħadd li għaddew, ma’ żewġt irġiel, li kellhom jittieħdu fl-Isptar Mater Dei għall-kura, kawża tal-ġrieħi li sofrew fil-ġlieda.
    Fil-Qorti, l-imputati, li jaħdmu bħala waiter u cleaner rispettivament, wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.
    Il-każ seħħ biswit ir-residenza tal-imputati, fejn il-Pulizija marret minnufih tassisti fuq il-post u arrestat lill-irġiel.
    Skont stqarrija tal-Pulizija, fl-argument intuża martell, filwaqt li mir-residenza ġew elevati diversi oġġetti.
    Id-difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest, liema talba sabet l-oġġezzjoni tal-Prosekuzzjoni.
    Min-naħa l-oħra, id-difiża qalet li ż-żewġ akkużati kienu fir-residenza tagħhom meta ġew avviċinati mill-allegati vittmi. Dan filwaqt li l-imputati kienu qalulhom biex ma jmorrux fir-residenza, hekk kif ipprovaw ukoll iwaqqfu l-argument. Id-difiża semmiet ukoll kif l-akkużati għandhom diversi ġrieħi, ilhom jgħixu f’Malta għal żmien sostanzjal, għandhom kondotta nadifa, kif ukoll ikkollaboraw mal-vittmi.
    Intqal ukoll li l-allegat vittmi, qed jiġu investigati fuq affarijiet anċillari għal din il-ġlieda.
    Fost il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest, il-vittmi jridu jidhru għal kull seduta kif ukoll ma jistgħux jitilqu mill-pajjiż.
    L-imputati ġew ordnati wkoll li jagħmlu depożitu ta’ 2,000 ewro, b’garanzija personali ta’ 3,000 ewro.
    TITNAQQAS SENTENZA FUQ TRAFFIKAR QRIB SKOLA
    Gary Falzon, li llum għandu 32 sena, bejn Awwissu 2011 u April 2012, kellu sentenza ta’ sitt xhur ħabs, imnaqqsa wara appell li għamel fil-Qorti, b’rabta ma’ każ ta’ traffikar tal-kannabis viċin l-Iskola Post-Sekondarja Giovanni Curmi.
    Fid-9 ta’ Mejju 2022, Gary Falzon kien instab ħati u kkundannat sitt xhur ħabs effettivi, flimkien ma’ multa ta’ €1,000. Instab li Falzon kellu l-vizzju tad-droga u li hu dipendenti fuqha.
    L-Imħallef semgħet l-istqarrija ta’ Falzon kif ukoll stqarrija oħra mingħand xhud li kien jiftiehem ma’ Falzon biex jittraffikaw il-kannabis, anke fl-inħawi ta’ Paceville.
    Falzon aċċetta li għandu bżonn jaqta’ l-vizzju tad-droga u jirriabilita ruħu u b’hekk is-sentenza ta’ ħabs ġiet ikkonvertita għal waħda sospiża għal sentejn, iżda multa ta’ €1,000 imposta mill-ewwel Qorti ġiet ikkonfermata.

ความคิดเห็น • 1