ไม่สามารถเล่นวิดีโอนี้
ขออภัยในความไม่สะดวก

JGĦID LIL MARTU LI RIED JAGĦMEL LEJL FUQ IL-QABAR TA’ KRISTU

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 8 พ.ย. 2020
  • ONE.COM.MT • Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qed jipprova jiġġustifika l-fatt li l-grupp involut fih Yorgen Fenech ħallaslu kamra f’lukanda lussuża f’Tel Aviv.
    Osservaturi politiċi qed jisħqu li Jason Azzopardi mhux qed jgħid il-verità.
    Intant mart Jason Azzopardi qalet li huwa ried imur tieġ f’Tel Aviv waħdu għax ried jagħmel lejl fuq il-qabar ta’ Kristu.
    KITBA EDWARD MONTEBELLO
    FILMAT ARKIVJI
    L-għada li l-gazzetta Illum żvelat li d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ħa kamra mħallsa mill-grupp ta’ Tumas, li kien imexxi Yorgen Fenech, fil-lukanda lussuża Hilton f’Tel Aviv, ma naqqsux l-osservazzjonijiet għal mod kif Azzopardi qed jipprova jiġġustifika l-istorja.
    Fuq il-profil tiegħu fuq facebook, Jason Azzopardi prova jiġġustifika l-fatt li ħa kamra mħallsa f’lukanda lussuża fl-Iżrael billi qal li kienet sorpriża għalih li kienet ġiet imħallsa mill-grupp ta’ Tumas, permezz ta’ Ray Fenech.
    Fi ftit ħin wara li ġiet żvelata l-istorja, Jason Azzopardi ftakar xi dettalji, anki jekk sa propju ftit jiem qabel, fi programm fuq ix-xandir nazzjonali, Jason Azzopardi qal li ma jiftakarx jekk ħax xi ħaġa mill-grupp li kien hemm involut Yorgen Fenech, is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
    JASON AZZOPARDI
    DEPUTAT NAZZJONALISTA
    “Mill-grupp li huwa kien CEO int pereżempju qatt ma ħadt xejn mingħandhom pereżempju lil dawn, il-grupp?”
    “Żgur mhux mingħand Yorgen Fenech.”
    “Le mill-grupp, qed nistaqsik qed inkun preċiż bħal Avukat jien, qatt ħadt xi ħaġa?”
    “Ma niftakarx li qatt ħadt xi ħaġa.”
    “Qatt ma ħadt xi ħaġa.”
    Azzopardi li jitkaża b’ħaddieħor, dwar l-istorja tiegħu f’Tel Aviv qal li ma setax isib lukanda għal ħamest ‘ijiem fl-Iżrael u sostna li kellu tieġ hemm.
    L-argument li Jason Azzopardi ma setax isib post fejn jorqod fil-pajjiż fejn hemm l-Art Imqaddsa u Bethlehem tefgħa ta’ ġebla ‘l bogħod ma niżlet xejn tajjeb mal-kummentatur politiku Simon Mercieca li saħaq li Azzopardi lanqas kien sejjer f’pajjiż fejn ma hemmx lukandi.
    “Li tgħid li ġo Tel Aviv ma stajtx issib lukanda mur għidha, kif jgħidu l-Amerikani lill-marines. Jekk għandhom xi ħaġa tajba l-Lhud, hija li fejn jidħlu l-interessi finanzjarji, huma dejjem kienu u għadhom fuq quddiem. Ara qatt ġo Tel Aviv, l-aktar belt importanti ġewwa Iżrael mhux ser jirnexxilek issib fejn tibbukkja? Qisek qed tgħid li ġej f’Malta u ma sibt booking imkien! Min jaf l-affarijiet jaf li Jason Azzopardi mhux qed jgħid il-verità”, saħaq Simon Mercieca.
    Il-ġurnalist Saviour Balzan ukoll għadda osservazzjoni dwar is-saga marbuta ma’ Jason Azzopardi u dak li prova jiġġustifika.
    SAVIOUR BALZAN
    EDITUR MANIĠERJAL TAL-MALTATODAY
    "Skużi inkun politiku, inċempel għax għandi bżonn inmur insib lukanda, issa ma nafx min imur Tel Aviv għal-erba’, ħamest’ ijiem u ma jibbukjax il-lukanda imma nsomma, ma jimpurtax, imma dan mhux l-ewwel każ. Jiena nfurmat li Jason Azzopardi għandu tradizzjoni twila li jitlob in-nies l-affarijiet b’xejn u jekk jgħoġbok ma jisfidanix, għax jiena l-iktar ħaġa importanti li fil-politika ma tippruvax tidher iktar verġni milli int.”
    Intant is-Sinjura Marica Azzopardi Balzan, il-mara tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qalet li lilha ma ħadhiex miegħu f’Tel Aviv iżda Jason Azzopardi ried imur waħdu biex wara t-tieġ joqgħod fuq il-qabar ta’ Kristu.
    F’kitba fuq il-profil tagħha fuq facebook, Azzopardi Balzan qalet li għat-tieġ li Jason Azzopardi qal li kien mistieden għalih, hija kienet mistiedna għaliex l-invit tat-tieġ wasal għandha d-dar.
    Dan kien tieġ f’Marzu tal-2017.
    It-tieġ kien ta’ tifla ta’ rabbi li Jason Azzopardi sar jaf meta iltaqa’ miegħu meta kien Ministru u kien parti minn delegazzjoni fl-Iżrael.
    Spjegat kif żewġha qalilha li ried imur waħdu għat-tieġ għaliex wara t-tieġ kien sejjer Ġerusalem u se jagħmel lejl fuq il-qabar ta’ Kristu.
    “Għandu bżonn joqgħod ftit waħdu”, spjegat Azzopardi Balzan dwar dak li kien qalilha żewġha.
    Spjegat li meta ġie lura, xi jiem wara skopriet li t-tieġ ma marx waħdu u flok ħa lilha , Jason Azzopardi mar mas-sieħba li għandu bħalissa, li jisimha Flavia Borg Bonaci.
    Marica Azzopardi Balzan spjegat li Jason Azzopardi baqa’ magħha d-dar għal kampanja elettorali u wara l-elezzjoni ta’ Ġunju 2017, telaq mid-dar matrimonjali.
    Il-mara ta’ Jason Azzopardi spjegat kif f’Ġunju, Jason Azzopardi telaq mid-dar matrimonjali wara li anki kien inqabad li mar Londra ma’ Borg Bonaci.
    Dakinhar, skont il-mara li għadha legalment miżżewġa ma’ Dr. Azzopardi, hu kien qalilha li sejjer Londra għax zijuh qed imut.
    Qalet li dan spjegatu wara r-rapport fil-midja lbieraħ li fih ġie żvelat kif Jason Azzopardi mar Tel Aviv u kellu kamra f’lukanda lussuża mħallsa mill-grupp ta’ Tumas, li kien imexxi Yorgen Fenech.
    “Dan jiena qed ngħidu biex nirrispondi li dawk kollha li l-bieraħ ċempluli u staqsewni jekk kienx l-istess tieġ li ma ħadniex miegħu u ħafna affarijiet oħra”, temmet tgħid Marica Azzopardi Balzan.

ความคิดเห็น • 13

  • @explorer1949
    @explorer1949 3 ปีที่แล้ว +5

    IMMA SAB MARA MINFLOK LILL KRISTU.

  • @donaldvella5845
    @donaldvella5845 3 ปีที่แล้ว +3

    SALBU SALBU SALBU LIL DAN IL KORROT KOLLU

  • @skf1983
    @skf1983 3 ปีที่แล้ว +2

    Mar fuq il qabar ta Kristu lilu ghandu x'jambi Kristu kiku mar fuq il qabar ta kristu kiku kien ikeccih Kristu giddieb dik il kwalita

  • @karencutajar8565
    @karencutajar8565 3 ปีที่แล้ว +4

    malajr gietu l memorja.ha jmur jaghmel lejl jitlob fuq l qabar ta kristu ghandu x jahfirlu

  • @noelmangion2157
    @noelmangion2157 3 ปีที่แล้ว +2

    Taf xnafu, il ministri tghana nterogati u lopozizjoni jghamlu li jridu hekk sewwww ta, fitcuom ta koruzjoni ta 25 sena shah mhux qedin xalata

  • @pierrecassar5840
    @pierrecassar5840 3 ปีที่แล้ว

    Gidib

  • @charlespace7847
    @charlespace7847 2 ปีที่แล้ว +1

    Skart hara ta lanimali Ara Vera Ghana nies demel mas saqqajn

  • @josephcrane8124
    @josephcrane8124 3 ปีที่แล้ว +1

    Gideb ma Martu haseb u ara fuq politika

  • @josephborg1065
    @josephborg1065 3 ปีที่แล้ว +1

    jaghmel lejl jitlob fuq l qabar ta kristu ma lover miskina martu giddieb dik il kwalita

    • @rrrose1000
      @rrrose1000 3 ปีที่แล้ว

      Jilaba tal qaddis.

  • @rrrose1000
    @rrrose1000 3 ปีที่แล้ว +2

    U xamel fil kamra?

    • @skf1983
      @skf1983 3 ปีที่แล้ว +1

      Mhux jitlob qat biex ma jinqabadx

  • @julianbugeja207
    @julianbugeja207 3 ปีที่แล้ว

    Litteralment ta tal-ONE u tan Net, qaizzustuna, u qazzistu l'Alla li halaqkhom, l'vera twegiba!!!!!!Ghidulna l-hmieg u dizastru li l-pajjiz hallejtu. Titmellhu bin nies, dan kollu ghax isib erba pensjonanti li gholewhom 300mija fis sena ta mhux fix xahar!!!! gibtuhom injoranti u pupazzi tahhkom sekli shah!!!!!!!!Jew tat taxxa, l-gahanMalti s-soltu, qatt ma jitghallem u jibqa fl-ipokrezija, jifrah bix xejn ta 40 jew 60euro, mill-paga tieghu li tigi imnaqqsa mit taxxa!!!!!!!!Ja GAHAN MALTI!!!!!qed jilghabu bik sa ma jbighawk kompletament, lilek u lil pajjiz kollu!!!!!!!Mela Isthi jekk taf!!!!!!!U dawk 60 ghandhom xi tliet pensjonijiet kull wiehed, u saving accounts go banek imferxxin madwar dinja!!!Dak li ma tafx Gahan Malti!!!!!!!!Hadukhom u ghamuwkhom.