BALLERINA

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 12 พ.ย. 2024
  • 'BALLERINA' hija kanzunetta li ktibt apposta għal Briana Micallef. Briana kantata għall-ewwel darba fir-raba' edizzjoni tal-festival Melodija Maġika nhar is-Sibt 5 ta' Mejju 2018 u biha ġiet it-tieni fil-Kategorija A. Klikkja fuq SHOW MORE hawn taħt biex taqra' l-kliem.
    _______________________
    BALLERINA
    Kliem u Mużika ta' Michael Piscopo
    Arranġament ta' Phyllisienne Brincat
    Minn meta kelli xi tliet snin
    Kont noqgħod nara l-films taż-żfin
    Nipprova nagħmel bħalhom
    Biss kont naqa’ mhux ħażin
    U meta kbirt ftit ieħor bdejt
    Nitla’ bil-moħbi fuq il-bejt
    Nipprova l-piruwetti
    U kien hemm li ddeċidejt
    Li ħaġa waħda tagħtini pjaċir
    U meta nikber naf x’irrid insir
    Ballerina, ballerina
    Delikata, qisha pupa, figurina
    Fuq il-ponot taż-żarbun
    Titla’ wieqfa ddur iddur
    Iddur iddur, iddur iddur
    Ballerina, ballerina
    Bil-kuruna tleqq fuq rasha bħar-reġina
    Fuq il-ponot taż-żarbun
    Titla’ wieqfa ddur iddur
    Iddur iddur, iddur iddur
    U noħlom li xi darba mmur
    X’imkien fejn jgħallmu ż-żfin kuljum
    U naf jekk noqgħod brava
    Il-mama’ tibgħatni żgur (hux Ma?)
    U naf li jiswa ħafna flus
    Għalhekk qed nitfa’ fil-karus
    Kul ewro li niddobba
    Lesta nbiegħ il-qattus (forsi aħjar le)
    Għax ħaġa waħda tagħtini pjaċir
    U meta nikber naf x’irrid insir
    Ballerina, ballerina
    Delikata, qisha pupa, figurina
    Fuq il-ponot taż-żarbun
    Titla’ wieqfa ddur iddur
    Iddur iddur, iddur iddur
    Ballerina, ballerina
    Bil-kuruna tleqq fuq rasha bħar-reġina
    Fuq il-ponot taż-żarbun
    Titla’ wieqfa ddur iddur
    Iddur iddur, iddur iddur
    Xi darba l-ħolma tiegħi għad isseħħ
    Sadanittant ...għandi qattus għall-bejgh.
    Ballerina, ballerina
    Delikata, qisha pupa, figurina
    Fuq il-ponot taż-żarbun
    Titla’ wieqfa ddur iddur
    Iddur iddur, iddur iddur
    Ballerina, ballerina
    Bil-kuruna tleqq fuq rasha bħar-reġina
    Fuq il-ponot taż-żarbun
    Titla’ wieqfa ddur iddur
    Iddur iddur
    Iddur iddur
    Iddur iddur
    Iddur iddur
    U ma taqax.

ความคิดเห็น •