AJRUPLAN BI ĦSARAT KBAR WARA LI TKAXKAR MIR-RIĦ.

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 9 ก.ย. 2024
  • ONE.COM.MT • Ir-riħ qawwi li ħakem lil pajjiżna lbieraħ filgħaxija ħalla l-marka tiegħu. Dan hekk kif fil-qilla ta’ lejl kiesaħ ikkaratterizzat mill-maltemp, ajruplan privat ta’ biljunarju Ingliż, li huwa meqjus bħala fost l-iktar persuni sinjuri fir-Renju Unit, ħadu r-riħ - inħall mir-rabta tiegħu - u baqà dieħel fil-ħajt ta’ fabbrika tal-briks ta’ Polidano Brothers f’Ħal Farruġ. Impatt qawwi li mhux biss kkawża ħsarat estensivi fuq l-ajruplan innifsu iżda anke fuq il-binja. Inċident li faċilment setgħa nbidel fi traġedja.

ความคิดเห็น •