06 - Di u Do - Il-Kuluri skont Di u Do

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 8 พ.ค. 2024
  • Kunċett: Edu-Aide International
    Kitba tal-iskript u tal-lirika: Laura Buhagiar u Nikki Demajo Albanese
    Il-kreattivi: Laura Buhagiar u Nikki Demajo Albanese
    Direttur tal-istampa: Matthew Muscat Drago
    Reġistratur tal-awdjo: Mark Dingli
    Produzzjoni: Il-Kunsill Malti għall-Arti u l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu
    Il-Kuluri - Lirika
    Il-kuluri tal-qawsalla huma sbieħ!
    Il-kuluri tal-qawsalla huma sbieħ!
    Għandek l-aħmar, u l-vjola u l-isfar u r-roża,
    il-kuluri tal-qawsalla huma sbieħ!
    Nibdew bl-aħmar, il-kulur tal-peprin,
    imbagħad oranġjo tal-karrotti tant tajbin.
    Isfar bħas-suf tal-fellus,
    is-serp aħdar tant kurjuż,
    il-kuluri tal-qawsalla huma sbieħ!
    L-għasfur żgħir itir fis-sema kbir u blu,
    il-prinċipessa f'libsa roża ddur u ddur.
    L-għeneb vjola jikber kbir fuq zokk kannella veru twil,
    il-kuluri tal-qawsalla huma sbieħ!
    Nota għall-edukaturi u l-ġenituri:
    Il-kuluri tal-qawsalla huma aħmar, oranġjo, isfar, aħdar, blu, nir (jew indigo) u vjola. Ir-roża mhuwiex wieħed mill-kuluri tal-qawsalla. F’dal-filmat l-atturi xtaqu joħorġu l-element tal-kreattività fit-tfal waqt lezzjoni tal-arti.

ความคิดเห็น •