11 - Di u Do - L-istaġuni
ฝัง
- เผยแพร่เมื่อ 1 ม.ค. 2025
- Kunċett: Edu-Aide International
Kitba tal-iskript u tal-lirika: Laura Buhagiar u Nikki Demajo Albanese
Il-kreattivi: Laura Buhagiar u Nikki Demajo Albanese
Direttur tal-istampa: Matthew Muscat Drago
Reġistratur tal-awdjo: Mark Dingli
Produzzjoni: Il-Kunsill Malti għall-Arti u l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu
L-Istaġuni - Lirika
Fil-ħarifa naqraw il-kotba
u niġbru ftit weraq ukoll.
Fil-ħarifa nagħmlu xi kejk
u nieklu sakemm nimtlew!
U mbagħad tasal ix-xitwa
fejn inħossu ħafna bard.
Nagħmlu xi tazza te jew kokotina
u nilagħbu logħba d-dar.
U mbagħad fir-rebbiegħa toħroġ ix-xemx,
u allura nirkbu r-rota,
u forsi nagħmlu xi piknik żgħir,
u nqattgħu aktar ħin qalb in-natura.
U mbagħad l-arja tisħon u tisħon,
u fl-aħħar wasal is-sajf.
Naqbeż qabża fil-baħar blu,
u niekol l-isbaħ ġelat li stajt qatt rajt.