IL-BIDU TA’ ORGANIZZAZZJONI AĦJAR F’TAL-BARRANI

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 30 มิ.ย. 2024
  • ONE.COM.MT •L-aġenzija tal-Gvern, Infrastructure Malta, ħabbret pjan biex torganizza aħjar it-traffiku fiż-żona magħrufa bħala Tal-Barrani, fil-limiti ta’ Ħal Tarxien u Bulebel.
    Dan il-pjan se jindirizza l-ħames junctions fiż-żona msemmija u se jara l-introduzzjoni ta’ sistema ġdida ta’ dwal tat-traffiku li huma integrati ma’ xulxin biex l-immaniġġjar tat-traffiku jkun aktar effettiv.
    F’konferenza tal-aħbarijiet fl-uffiċini ta’ Infrastructure Malta, il-Kap Eżekuttiv Ivan Falzon spjega li dawn ix-xogħlijiet se jsiru fix-xhur tas-sajf b’investiment ta’ aktar minn miljun u mitejn elf ewro u se tintuża l-infrastruttura eżistenti biex jiġi indirizzat dak li qed idejjaq lir-residenti.
    Dan l-intervent se jwassal għal titjib fil-konnessjonijiet diretti bejn l-irħula tal-madwar, filwaqt li jnaqqas it-traffiku fil-qalba tal-irħula.
    Il-Perit Raphael Abdilla spjegalna x-xogħlijiet maġġuri li se jkunu qed isiru fil-ġimgħat li ġejjin.
    RAPHAEL ABDILLA
    PERIT
    “Bażikament il-proġett ħa jaqbad il-junctions f’Tal-Barrani u t-toroq li jmissu magħha, bħal Triq il-Palma f’Ħal Tarxien kif ukoll Triq San Anard lejn Bulebel u hemm Triq il-Ħotba aktar ’l isfel li tiżbokka min-naħa taż-Żejtun jew Bulebel lejn Tal-Barrani. Ħa jkunu qed jiġu aġġornati t-tliet junctions b’sistema ta’ traffic lights ikkordinati flimkien, allura se jkun hemm inqas stennija u l-lights se jkunu limitati għal żewġ phases, jiġifieri tieqaf tistenna darba flow tgħaddi u jkun jerġa’ jmiss lilek.”
    Dawn ix-xogħlijiet ħa jkollhom żewġ benefiċċji ewlenin.
    RAPHAEL ABDILLA
    PERIT
    “Se jiġi wkoll upgraded il-junction bejn Triq Ħal Tarxien, Triq San Anard, biex niftehmu li hi pjazza ta’ asfalt illum, fejn ma tantx hi kkontrollata u hi wieħed mill-ħruġ ta’ Ħal Tarxien, allura l-benefiċċji ta’ dan il-proġett ħa jkunu kemm ir-rotot ewlenin - min qed jaqsam mit-Tramuntana għan-Nofsinhar, u viċi-versa - kif ukoll l-irħula tal-madwar ħa jkollhom aċċessibilità aħjar.” 21
    Il-Kap Eżekuttiv spjega kif dan il-proġett se jsaħħaħ is-sigurtà.
    IVAN FALZON
    KAP EŻEKUTTIV, INFRASTRUCTURE MALTA
    “Kif għamilna f’postijiet oħrajn, bħal Pembroke fi Triq Sant Andrija, iċ-Ċirkewwa u issa llum dħalna fid-dettall f’Tal-Barrani, qegħdin nagħmlu dawn l-interventi biex inżidu s-sigurtà ta’ kull min juża l-akwati. Hu fl-interess tagħna li bl-interventi li nagħmlu, innaqqsu l-konġestjoni u norganizzaw aħjar l-akwati u ntejbu s-sigurtà.” 23
    Ix-xogħlijiet mhux se jirrikjedu l-għeluq ta’ toroq prinċipali għal ħinijiet twal u meta jkun hemm bżonn li jingħalqu xi toroq, dan se jsir f’ħinijiet off-peak, l-aktar matul il-lejl.
    L-intervent mistenni jibda fil-ġimgħat li ġejjin u jispiċċa qabel tibda l-iskola lejn l-aħħar ta’ Settembru.

ความคิดเห็น •