‘NIRRINGRAZZJAKOM’ - IL-PM LILL-ANZJANI

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 8 ก.ย. 2024
  • ONE.COM.MT • Il-Partit Laburista se jkompli jkun ta’ sostenn qawwi għall-anzjani billi, baġit wieħed wara l-ieħor, ikompli jgħolli l-livell tal-għajxien tal-pensjonanti f’pajjiżna.
    Dan kien il-qofol tad-diskors li għamel dalgħodu il-Prim Ministru lill-anzjani f’attività għalihom fil-Workers’ Memorial Building organizzata mill-Partit Laburista. Kien hawn li wkoll radd ħajr lill-anzjani kollha li, bis-saħħa tagħhom, pajjiżna rnexxielu jagħmel kisbiet importanti.
    KITBA: ANTON FALZON
    FILMAT: CHRIS BORG
    Il-Ġimgħa filgħodu, fil-Workers’ Memorial Building, il-Belt, il-Prim Ministru Robert Abela kien milqugħ mit-tmexxija tal-General Workers’ Union, waqt li għadd ta’ pensjonanti wieġbu bi ħġarhom għas-sejħa tal-Partit Laburista għal rally għall-anzjani.
    F’diskors ieħor eċċellenti, il-Prim Ministru Robert Abela beda biex jirringrazzja lill-anzjani ta’ kull suċċess u kisba li kellu pajjiżna bis-saħħa tagħhom.
    Tenna li ta’ qabilna dejjem kienu sodi f’kull deċizjoni li ħadu favur is-sewwa. L-anzjani kienu minn ta’ quddiem biex bdew il-proċess ta’ bidla u, għaldaqstant, Dr Abela wiegħed li l-Partit Laburista dejjem ħa jkun wara l-anzjani u dejjem ħa jsibuh magħhom u warajhom.
    Il-Prim Ministru Abela semma li l-anzjani dejjem huma fil-qalb tal-Partit Laburista u, sa mill-2013, dejjem kien ta’ spalla għalihom billi kull sena, ta żieda wara oħra fil-pensjonijiet. Semma kemm it-tisħiħ fil-pensjonijiet għall-Partit Laburista dejjem kienu prijorità. Hu rrefera għad-determinazzjoni tal-Gvern immexxi minnu li jkompli jsaħħaħ il-pensjonijiet.
    Dwar l-inflazzjoni u meta fl-aħħar xhur din bdiet tgħolli rasha sew, Abela semma l-ħolqien tal-mekkaniżmu ġdid kontra l-għoli tal-ħajja. Miżura bla preċedent fil-baġit, li minnha qed igawdu għexieren ta’ eluf ta’ familji u anzjani, b’ċekk ta’ bejn il-mitt ewro u l-elf u ħames mitt ewro lil dawk l-aktar fil-bżonn u fil-klassi medja.
    Robert Abela fakkar ukoll fl-inizjattiva ‘Stabbiltà’ fuq 450 prodott tal-ikel sal-baġit li ġej u jekk hemm bżonn lil hinn ukoll. Dwar din l-inizjattiva, il-Partit Nazzjonalista kien qal li l-Gvern ħoloq mekkaniżmu perikoluż ħafna u li jekk jingħata l-fiduċja mill-poplu saħansitra ineħħih. Din hi l-filosofija tal-Partit Nazzjonalista, tenna Dr Abela.
    Dwar is-sussidju fuq id-dawl u l-fuels, il-Prim Ministru mill-ġdid fakkar kif, taħt GonziPN, kull darba li kien jogħla l-prezz tas-suq internazzjonali kien jogħla l-prezz f’Malta u kien saħansitra jogħla bid-doppju ta’ barra.
    Għal dawn ir-raġunijiet u ħafna oħrajn, il-Prim Ministru qal li kulħadd għandu jivvota lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista.
    “Għinuni ħa nkompli ngħinkom ħalli l-Partit Laburista jkompli jkun it-tarka għall-anzjani u għaż-żgħir,” temm jgħid Robert Abela.

ความคิดเห็น • 1