JITOLBU BIEX JIĠI INVESTIGAT IL-KABINETT

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 5 ก.ค. 2024
  • ONE.COM.MT •
    Waqt l-istess intervista, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela qal li persuna b’affiljazzjoni mill-qrib mal-Partit Nazzjonalista issa talbet lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika biex jinvestiga lill-Kabinett kollu kemm hu wara stqarrija b’dikjarazzjoni soda favur l-eks Deputat Prim Ministru Chris Fearne.
    JITOLBU BIEX JIĠI INVESTIGAT IL-KABINETT
    Wara li aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Kabinett wera s-solidarjetà sħiħa tiegħu mal-eks Deputat Prim Ministru Chris Fearne, kien hemm persuna b’affiljazzjoni mal-Partit Nazzjonalista li talbet lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika biex jinvestiga dan l-aġir tal-amministrazzjoni politika kollha ta’ pajjiżna.
    Dan intqal mill-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela, waqt intervista li kellu fuq ONE Radio.
    Hawnhekk il-Prim Ministru kien qed jitkellem dwar l-aħbar li l-kumpanija Steward Healthcare allegatament kienet tagħmel kampanja ta’ tfigħ ta’ tajn u allegazzjonijiet foloz fil-konfront ta’ Chris Fearne.
    Dr Abela nnota l-ipokrezija tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista.
    ROBERT ABELA
    IL-PRIM MINISTRU
    “Jużaw l-alleati li jaħdmu fil-periferija tal-partit. Issa dan ma setax jaħbi idejh min kien, għax hu eks kandidat tal-Partit Nazzjonalista, persuna li fl-Elezzjoni (Ġenerali) tal-2017 ikkandidat ruħha mal-Partit Nazzjonalista. Persuna li naħseb ma tantx għandha lill-Partit Laburista u lil kull min jimmilita fih għal qalba. Imma li fuq statement tal-Kabinett tal-Ministri jmur jirrapporta lill-Kabinett kollu. Dawn huma r-realtajiet ta’ dak li qed joffri l-Partit Nazzjonalista li juri ħaġa, imma fil-verità nafu li m’għandux l-interessi ta’ Mr Fearne għal qalbu.”
    B’rapporti fil-midja lokali rrapportaw kif dan mhu ħadd ħlief ħaten Beppe Fenech Adami, Kevin Cassar, li kontinwament jattakka lill-Partit Laburista u l-esponenti tiegħu, waqt li jqishom bħala injoranti.
    F’Mejju li għadda, Cassar, li wkoll jitkellem fl-attivitajiet tal-establishment Nazzjonalista, ħeġġeġ lin-nies, flimkien mad-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg, biex ma jivvotawx lill-Partit Laburista.
    one.com.mt/tintbaghat-ittra-l...
    Il-Prim Ministru reġa’ fakkar ukoll kif il-Partit Nazzjonalista, permezz tal-Kap Bernard Grech u l-eks Kap Adrian Delia, fetħu kawża biex l-Avukat tal-Istat ifittex personalment lil Fearne u lilu biex iħallsu s-somma ta’ €400 miljun, personalment. Bis-sentenza ta’ din il-kawża se tingħata l-ġimgħa d-dieħla.
    ROBERT ABELA
    IL-PRIM MINISTRU
    “Forsi l-poplu qed jgħid, imma din ma kontux titkellmu dwarha din l-azzjoni li ilha minn Diċembru li għadda pendenti. Forsi ma tkellimniex biżżejjed dwarha. Illum nitkellem aktar dwarha, għax hi azzjoni li weġġgħet. Hi azzjoni biex tipparalizza l-ħidma tal-Kabinett, biex tipparalizza l-ħidma taċ-Ċivil.”
    Fl-intervista tiegħu waqt il-programm ‘Sibt il-Punt’, Dr Abela nnota l-integrità li għandu Chris Fearne, kif ħareġ ċar waqt il-pandemija u kemm ħadem favur il-poplu kollu Malti u Għawdxi.
    Il-Prim Ministru Abela sostna li hu xxokkjat dwar dan l-attakk fil-konfront tal-eks Deputat Prim Ministru.
    ROBERT ABELA
    IL-PRIM MINISTRU
    “Jixxokkjawk, għax kull min qiegħed joffri s-servizz tiegħu lill-pajjiż u dak li nista’ ngħid dwar Chris (Fearne) rajtu jagħmlu bl-aktar mod rett u integru u professjonalità. Lanqas tistenna, li għax inti tkun qed tiddefendi l-pożizzjoni ta’ pajjiżek, għax tkun qed taġixxi favur l-Istat Malti, ikun hemm xi ħadd li mqar jgħaddielu minn moħħu li jagħmel dawn it-tip ta’ attakki mill-aktar insensati u kattivi.”
    Dr Abela sostna kif, dwar dan, hu talab l-investigazzjonijiet meħtieġa, fejn ingħaqad ukoll il-Kabinett tal-Ministri u l-Grupp Parlamentari Laburista f’dawn it-talbiet, waqt li Chris Fearne talab ukoll lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga.
    Dr Abela sostna wkoll li l-Gvern talab lill-Avukati fl-Arbitraġġ Internazzjonali biex jekk kien hemm flejjes mill-konċessjoni tal-isptarijiet, li setgħu ntużaw biex ikun hemm dan l-attakk, jintraddu lura lill-poplu Malti.

ความคิดเห็น • 3