SE JIBDA XOGĦOL FUQ ŻEWĠ JUNCTIONS MAĠĠURI OĦRA

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 28 ก.ย. 2024
  • ONE.COM.MT •
    Wara sena oħra mpenjattiva f’dak li għandu x’jaqsam proġetti infrastrutturali f’pajjiżna, din is-sena Infrastructure Malta għandha pjanat numru ta’ proġetti oħra.
    Fost oħrajn se jibda x-xogħol fuq żewġ junctions maġġuri f’Malta: wieħed fin-nofsinhar u l-ieħor fiċ-ċentru ta’ pajjiżna.
    SE JIBDA XOGĦOL FUQ ŻEWĠ JUNCTIONS MAĠĠURI OĦRA
    Matul is-sena li għaddiet, Infrastructure Malta kompliet numru ta’ proġetti infrastrutturali maġġuri, fosthom dak ta’ fejn l-ajruport li mistenni jitlesta sa tmiem April. Flimkien miegħu kien hemm ukoll it-tlestija tal-underpass tal-Imrieħel li tagħmel parti mill-proġett tas-Central Link.
    Apparti dawn il-proġetti kbar, Infrastructure Malta lestiet ix-xogħlijiet fuq ftit aktar minn 200 triq residenzjali.
    Iżda, din is-sena l-ħidma se tkompli b’aktar proġetti.
    ONE News tkellem mal-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta, Ivan Falzon, li semma pjanijiet li għandha l-aġenzija mal-Kunsilli Lokali kif ukoll proġetti marittimi fosthom it-tkomplija tax-shore-to-ship fil-Port il-Kbir.
    IVAN FALZON
    KAP EŻEKUTTIV INFRASTRUCTURE MALTA
    “Ħa naraw ukoll upgrades importanti bħalma rajna Żebbuġ-Siġġiewi, upgrade ħalliet ir-riżultati għax il-kummenti pożittivi li jgħidulna n-nies li jużaw l-akkwati, se nkunu qed niffukaw fuq żewġ junctions importanti, St. Andrew’s u Tal-Barrani imma fl-istess ħin se nkunu qed niffokaw fuq il-proġett il-kbir massiv li jmiss, l-Imsida Creek.”
    Ma jonqosx li dawn ix-xogħlijiet jirrikjedu ħinijiet twal ta’ ħidma u minkejja li ċertu xogħol jippermetti li jsir bil-lejl biex tonqos l-inkonvinjenza, dan mhux dejjem ikun possibbli.
    IVAN FALZON
    KAP EŻEKUTTIV INFRASTRUCTURE MALTA
    “Vera kien isir ħafna xogħol bil-lejl, xogħol ta’ konkos, xogħol ta’ tarmac, imma ma ninsewx li l-proġett tal-Marsa per se kien jippermetti li jkollok impjant tal-konkos u tat-tramac on site. Immaġinak tal-Imrieħel jew postijiet oħra taħdem bi trakkijiet jiġru minn ġot-toroq residenzjali Maltin, allura aħna rridu nsibu bilanċ kemm jista’ jkun bejn l-inkonvenjent li noħolqu u l-inkonvenjent li nistgħu nevitaw. Dak huwa bilanċ li n-nies tekkniċi tiegħi, li għandi fiduċja assoluta fihom, dejjem ipprovaw ifittxu.”
    Raġuni oħra hija waħda tekknika.
    IVAN FALZON
    KAP EŻEKUTTIV INFRASTRUCTURE MALTA
    “Aħna fil-proġetti maġġuri tagħna nużaw dak li jgħidulu stone mastic asphalt. Dan huwa asfalt iżjed b’saħħtu, joffri iżjed konsistenza, imma sfortunatament huwa sensibbli ħafna għat-temperatura u allura biex niżguraw l-aqwa kwalità u l-aqwa konsistenza x’ħin ikun jiġi applikat, nużaw is-sigħat ta’ matul il-ġurnata fejn m’għandekx umdità, t-temperatura iżjed stabbli, mhux bħal bil-lejl.”

ความคิดเห็น •