IL-ĠIMGĦA MQADDSA F’SAN VINĊENZ DE PAUL

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 20 ก.ย. 2024
  • ONE.COM.MT • Hekk kif kulħadd jibda dieħel, xi ftit jew wisq, fl-ispirtu tal-Ġimgħa Mqaddsa, l-istess jista’ jingħad għar-residenti ta’ San Vinċenz De Paul.
    F’din ir-residenza ġew organizzati bosta attivitajiet li jfakkru l-ġrajja tal-passjoni ta’ Ġesù Kristu. B’hekk, ir-residenti jibqgħu jgħixu l-ħajja tagħhom bit-tradizzjonijiet kollha.
    KITBA: NOLAN CAMILLERI
    FILMAT: SVDP
    Anki r-residenti ta’ San Vinċenz De Paul daħlu fl-ispirtu tal-Ġimgħa Mqaddsa, permezz ta’ diversi attivitajiet esterni u liturġiċi li saru fil-faċilità stess.
    Dan sar bil-għan li r-residenti jibqgħu jgħixu ħajja kemm jista’ jkun normali, imżejna bit-tradizzjonijiet Maltin.
    Fil-fatt, is-swali jintramaw b’vari żgħar, waqt li l-knisja tiżżejjen bid-damask u jinħarġu l-vari kollha, lesti għall-purċissjonijiet kif isir f’bosta rħula u bliet madwar Malta u Għawdex.
    Saret ukoll il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, fejn ħadu sehem madwar 250 volontier bħala reffiegħa volontiera kif ukoll qraba tar-residenti u impjegati ta’ San Vinċenz de Paul.
    B’kollox kien hemm tmien vari maħduma minn Michael Bonnici, impjegat ta’ San Vinċenz de Paul, li huwa wkoll skultur u artist.
    Bonnici kull sena ħadem statwa ġdida u din is-sena kienet l-istatwa tal-Marbut li żżanżnet.
    Għal din il-purċissjoni, minbarra li attendew il-qraba u membri tal-pubbliku, attendew wkoll anzjani li jgħixu fi djar tal-anzjani, filwaqt li r-residenti jinħarġu fl-ispazji pubbliċi biex ikunu jistgħu jgawdu l-purċissjoni.
    Dan filwaqt li dawk li ma jistgħux joħorġu, isegwu mill-gallariji u l-btieħi tas-swali stess.
    Dawn l-attivitajiet kienu organizzati minn Fr Lino Azzopardi u t-tim tiegħu, li jmexxu kumitat apposta f’San Vinċenz De Paul għal dawn l-affarijiet.
    B’hekk jitħarsu mhux biss is-saħħa u l-kura medika tar-residenti itda wkoll il-kwalità tal-ħajja li jgħixu u li titjieb, fost l-oħrajn, permezz ta’ dawn l-attivitajiet.
    Intant, se ssir ukoll il-purċissjoni tal-Rxoxt li se ddur mal-periferiji ta’ San Vinċenz biex l-anzjani kollha jgawdu din il-ġurnata speċjali.
    Dan filwaqt li fis-swali bħalissa qed isiru wkoll wirjiet żgħar organizzati mill-impjegati stess u li għalihom jiġu organizzati żjarat qosra għar-residenti stess.
    Fl-aħħar nett, anki l-figolli jagħmlu parti importanti mill-attivitajiet f’San Vinċenz. Dawn ġew ippreparati mill-impjegati bl-għajnuna tar-residenti stess, li jirrakkontaw ukoll kif kienu jagħmluhom.

ความคิดเห็น •