ไม่สามารถเล่นวิดีโอนี้
ขออภัยในความไม่สะดวก

“BKEJNA FLIMKIEN, ILLUM NGĦID LI L-FAMILJA TIEGĦI SSAĦĦET”

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 10 ม.ค. 2020
  • ONE.COM.MT • Fid-diskors tiegħu Joseph Muscat tkellem dwar l-attakki li tul l-aħħar tnax-il sena kien spiċċa fil-mira tagħhom mil. Attakki li wħud minnhom kienu wkoll indirizzati lejn dawk l-aktar qrib tiegħu fosthom martu Michelle u wliedu Etoil u Soleil.
    KITBA: KYLE MIFSUD
    FILMATI: ONE CREW
    Fl-aħħar diskors tiegħu mill-padiljun ta’ Raħal Ġdid il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar bosta attakki li huwa flimkien ma’ dawk l-aktar qrib tiegħu għaddew minnhom tul dawn l-aħħar tnax-il sena.
    Sostna li l-politika ma tistax tkun jew tirbaħ jew tkisser lil individwu. Qal li persuni bħal dawn ma jissejħux politiċi imma jissejħu persuni kattivi u raw kif jgħidu li l-għeneb hu qares.
    BKEJNA FLIMKIEN BĦALA FAMILJA, ILLUM INĦARES LURA U NGĦID LI L-FAMILJA TIEGĦI SSAĦĦET B’DAWN L-ATTAKKI PERO MA NAWGURA LIL ĦADD LI JGĦADDI MILLI GĦADDEJT JIEN - FRAME UP FUQ MARTI, FUQ FAMILTI U FUQI. U GĦALIEX DAN? BIEX XI ĦADD JIPPROVA JIRBAĦ IL-POTER? LE, IL-POLITIKA M’GĦANDHIEX TKUN HEKK!
    Dr Muscat sostna li għażel li jassorbi dawn l-attakki mingħajr ma qatt ma ta lura imma sostna li minkejja dawn l-attakki huwa xortba baqa’ rebbieħ.
    F’DAWN L-ATTAKKI JIEN ĦAFNA DRABI GĦAŻILT LI NAQLA’ DAQQIET BLA MA NAGĦTI LURA. KIENET GĦAŻLA KONXJA GĦAX NEMMEN LI MIN IKUN FL-OGĦLA KARIGA JRID IKOLLU THICK SKIN, IRID IKUN XIEREF. KIEN HEMM ĦAFNA MA QABLUX MIEGĦI LI GĦAMILT HEKK. IŻDA TAF X’NAF, LI TAWNI KEMM TAWNI, QATT MA REBĦULI U QATT MA REBĦULNA. U B’ROBERT U CHRIS SE NIBQGĦU REBBIEĦIN, IL-MALTIN U L-GĦAWDXIN SE JIBQGĦU REBBIEĦIN.
    Fl-aħħar diskors tiegu huwa ta ħajr partikolari lil martu Michelle li dejjem kienet ta’ spalla għall-familja Muscat.
    GRAZZI LIL MICHELLE - ĦABBEJTUHA U NASSIGURAKOM LI TĦOBBKOM DAQSI, JEKK MHUX IKTAR! ALLAĦARES MA KIENETX HI. L-AMBIZZJONIJIET TIEGĦI GĦAMLITHOM TAGĦHA BIEX NGĦIXU DIN IL-ĦAJJA. U KIENET IS-SINSLA TAL-FAMILJA TAGĦNA META KONT DGĦAJJEF, META KONT GĦAJJIEN WARA ĠURNATA IEBSA X-XOGĦOL U META KONT INKWETAT. U F’DAN KOLLU GĦAMLITHA MISSJONI TAGĦHA LI TGĦIN LIL DAWK FIL-BŻONN FLOK TGĦIX ĦAJJA IKTAR FAĊLI. INĦARES ‘IL QUDDIEM LI JKOLLNA AKTAR ĦIN FLIMKIEN AVOLJA ĊERT LI SE TIBQA’ TAĦDEM U TGĦIN.
    Fost iċ-ċapċip tal-eluf ta’ persuni preżenti Joseph Muscat rringrazzja wkoll lil uliedu, Etoil u Soleil li għamlu din il-mixja miegħu sa minn mindu kienu għadhom ċkejknin.
    FORSI KELLI XOGĦOL IEBES, IMMA DEJJEM ĠIBT LIL ULIEDI L-EWWEL U GĦALHEKK KIENU JATTAKKAW LILHOM UKOLL, GĦAX KIENU JAFU LI DIFFIĊLI JWEĠĠAWNI MOD IEĦOR. IMMA S-SAĦĦA TAGĦHOM KIENET IŻŻOMMNU B’SAĦĦTI. U JEKK XI DARBA, FALLEJT XI ATTIVITA’ TAGĦHOM MINĦABBA LI KONT IMSIEFER BĦALA PRIM MINISTRU, MINN ISSA ‘IL QUDDIEM ŻGUR LI SE NARA LI IKTAR MINN QABEL INĠIB LILHOM U LIL MICHELLE QABEL KULL ĦAĠA OĦRA.

ความคิดเห็น • 4

  • @sanchoodell6789
    @sanchoodell6789 ปีที่แล้ว

    President of Malta Joseph Muscat delivers *THE GREAT ARAB SPEECH* *It-taħdita Għarbija l-Kbira* ALLA HUWA TAJJEB MALTA

  • @donaldvella5845
    @donaldvella5845 4 ปีที่แล้ว

    GRAZZI HABIB INT RAGEL TA VERU U BIL PROVI❤❤

  • @helenfenech392
    @helenfenech392 4 ปีที่แล้ว

    rod stewart