MAT-€30M IŻJED FI ĠBIR TA’ ARRETRATI TAT-TAXXI

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 9 ก.ย. 2024
  • ONE.COM.MT • Id-Dipartiment tat-Taxxa kompla jkabbar ir-rata tal-ġbir tat-taxxa fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, waqt li tnaqqsu wkoll l-ammonti ta’ dawk li jinqabdu bl-arretrati fit-taxxi dovuti lill-Istat.
    Nitkellmu mal-Kummissarju tat-Taxxi, Joseph Caruana, fejn spjegalna li, imqabbel mas-sena l-oħra, id-dipartiment diġà ġabar mat-tletin miljun ewro iżjed f’dan ir-rigward.
    KITBA: FRANCESCO BORG
    FILMAT: CHRIS BORG / ARKIVJI
    Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, id-Dipartiment tat-Taxxi kompla jkabbar ir-rata ta’ ġbir tiegħu bi tnax fil-mija meta mqabbel mas-sena li għaddiet. Dan hekk kif anke r-rata fil-ġbir tal-arretrati żdiedet b’għoxrin fil-mija fil-każ tal-individwi u ħmistax fil-mija tan-negozji, li fisser mat-tletin miljun ewro iżjed minn dak li hu dovut lill-Istat.
    F’intervista ma’ ONE News, il-Kummissarju tat-Taxxi, Joseph Caruana, spjega li, minkejja li l-pajjiż ilu s-snin ma jintroduċi xi taxxa ġdida kemm għall-individwi kif ukoll għan-negozji, id-Dipartiment tat-Taxxi qed isarraf il-ħidma tiegħu f’aktar riżultati pożittivi, waqt li t-taxpayer qed jifhem ukoll l-obbligi li għandu f’dan ir-rigward.
    Fil-fatt, il-Kummissarju Caruana spjega li, tul dawn l-aħħar snin, saret enfażi akbar fuq l-importanza tal-ġbir ta’ taxxi fil-ħin allokat. Messaġġ, li fi kliemu, qiegħed jasal ferm aktar.
    JOE CARUANA
    KUMMISSARJU TAT-TAXXI
    “Fil-verità dan il-messaġġ qed inwassluh u allura qegħdin aktar nersqu lejn in-numru ta’ taxpayers li nfakkruhom kemm biex jibgħatu t-tax return, kemm fl-arretrati u pagamenti li ma jkunux ħallsu biex b’hekk hu l-importanti li jkunu compliant mal-obbligi tagħhom ma’ dik li hi taxxa u dak qiegħed iġib riżultati pożittivi.”
    Minn informazzjoni li kiseb ONE News, jirriżulta li d-Dipartiment tat-Taxxi qed jara iżjed persuni li mhux biss iħallsu dak li hu dovut kurrenti fil-ħin, imma wkoll dawk it-taxxi li jkunu b’lura, jew kif inhuma magħrufin aħjar bħala arretrati.
    Fil-każ tal-arretrati, Caruana spjega li l-ħlas dovut qed isir kemm b’mod sħiħ kif ukoll permezz ta’ programm speċifiku għal pagamenti regolari.
    JOE CARUANA
    KUMMISSARJU TAT-TAXXI
    (04:55)“Għandek taxpayers li qegħdin iħallsu wkoll l-arretrati. Nieħu pjaċir li, fuq is-sena l-oħra, arretrati daħħalna aktar minn tletin miljun. Allura dawk huma minn programmi ovvjament biex iħallsu. Dan kollu ġej minn titjib li għamilna fis-sistema.”
    Quddiem dan kollu, il-Kummissarju tat-Taxxi anke semma ż-żieda fil-persentaġġ tar-rata ta’ dawk li huma konformi mal-ħlasijiet tagħhom.
    JOE CARUANA
    KUMMISSARJU TAT-TAXXI
    “Dawn huma riżultati inkoraġġanti. Fil-verità, jekk wieħed jara l-compliance rate ta’ tax return tal-individwi, bi pjaċir inħabbar li dik kabbarniha minn sebgħin fil-mija, għal disgħin fil-mija u din hi l-ewwel darba. Il-compliance rate tal-kumpaniji li, għalkemm għadha waħda baxxa taħt l-erbgħin fil-mija, illum qed nitkellmu li ressqet lejn il-ħamsa u sittin fil-mija. Jekk wieħed jieħu revenue, jara li, fl-ewwel sitt xhur, kien hemm tkabbir ta’ tnax fil-mija, overall fit-taxxa kollha.”

ความคิดเห็น •