Talba Ejja Spirtu s-Santu (Veni Creator)

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 5 ก.พ. 2025
  • Spirtu qaddis li ħlaqtna,
    ejja lill-moħħ dawlilna,
    imla bil-grazzja tiegħek
    il-qlub li int ħlaqtilna.
    Int l-akbar don ta’ Alla,
    li tieqaf dejjem magħna:
    għajn, ħajja, nar, imħabba
    u qawwa tar-ruħ tagħna.
    Int tqassam seba’ doni,
    int l-id il-leminija
    tal-Missier, minnu mwiegħed,
    fik bl-għerf l-ilsna mogħnija.
    Ixgħel id-dawl lis-sensi,
    kebbes il-qlub bl-imħabba,
    u saħħaħ dan ġisimna
    mill-mard li fih jitrabba.
    Bogħod minna żomm ’il-għadu,
    lilna fis-sliem henjin,
    mexxina int, biex nibqgħu
    mid-deni meħlusin.
    Agħmel li nsiru nafu
    bik lill-Missier u ’l-Ibnu;
    li fik, Spirtu li tqaddes,
    bla nieqfu dejjem nemmnu.
    Glorja ’l-Missier, lill-Iben
    li qam minn bejn l-imwiet,
    l-Ispirtu, faraġ tagħna,
    għal dejjem fis-smewwiet. Ammen.
    Għas-Sors u għal aktar Punti ta' Tagħlim Nisrani u Talb mur: l-ewkaristijau...

ความคิดเห็น • 30