QABDA REKORD TA’ LAMPUKI

แชร์
ฝัง
  • เผยแพร่เมื่อ 10 ก.ย. 2024
  • ONE.COM.MT • Wara l-maltemp jiġi l-bnazzi u fil-każ tas-sajjieda, li fl-aħħar jiem kienu fuq il-baħar għal-lampuki, dan kien proprju l-każ.
    Dan għax fil-Marfa, kmieni dalgħodu, sajjieda lniżżlu l-art qabda rekord ta’ lampuki mhux mistennija.
    KITBA: ONE NEWS
    FILMATI: MAFA_PS
    Fil-Marfa daħal ammont sabiħ ta’ lampuki, ħut li nqabad minn diversi sajjieda. Fosthom kien hemm lanċa b’550 kaxxa mimlija lampuki.
    Ħut minn dak li nqabad kien saħansitra jiżen mal-għoxrin kilo.
    Sajjieda qalu li kien ilu ma joħroġ temp tajjeb, jew ‘temp galbu’, kif jissejjaħ fost is-sajjieda stess. It-temp sabiħ li għamel fil-jiem li għaddew irriżulta f’qabda tajba ħafna, li qed tiġi kkonsidrata waħda rekord għal dan iż-żmien tas-sena.
    Is-sajjieda ta’ din il-qabda esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għal din il-qabda mhux tas-soltu.
    “Għadna deħlin bil-lampuki u qbadt erba’ mitt kaxxa ħut. Ilna ma naqbdu daqshekk ħut bħal dawn iż-żminijiet, ilu ma jagħti daqshekk ħut bħal-lum.”
    “Konna ilna ma naqbdu daqxejn. Issa morna din is-sajda u qbadna akbar mis-soltu u erġajna dħalna hawn biex inbigħu l-Pixkerija.”
    F’kumment fuq il-mezzi soċjali, is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura, u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said laqgħet tajjeb din l-aħbar u stqarret li aħbar bħal din tkompli tħeġġeġ għal aktar ħidma fis-settur tas-sajd.

ความคิดเห็น •